|
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/13 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2020 minn eSky Group IP sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-646/19 – eSky Group IP vs EUIPO – Gröpel (e)
(Kawża C-386/20 P)
(2021/C 44/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: eSky Group IP sp. z o.o. (rappreżentant: P. Kurcman, radca prawny)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Gerhard Gröpel
B’digriet tal-21 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.