12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/5


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 minn AL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-83/19, AL vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-356/20 P)

(2021/C 128/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: AL (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Diċembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat.