|
28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra L; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie
(Kawża C-354/20)
(2020/C 320/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: L
Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie
Domandi preliminari
|
1) |
Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u/jew it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew li huwa maħruġ minn qorti, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru emittenti tal-MAE tkun ġiet emendata wara l-ħruġ ta’ dan il-MAE b’mod li din il-qorti ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għaliex din il-leġiżlazzjoni ma tibqax tiggarantixxi l-indipendenza ta’ din il-qorti? |
|
2) |
Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi MAE meta hija tkun ikkonstatat li jeżisti riskju reali ta’ ksur ta’ dritt fundamentali, fl-Istat Membru emittenti, għal qorti indipendenti għall-persuni kollha akkużati, u għaldaqstant ukoll għall-persuna mitluba, indipendentement mill-qrati ta’ dan l-Istat Membru li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-proċeduri li għalihom ser tkun suġġetta l-persuna mitluba u indipendentement mis-sitwazzjoni personali tal-persuna mitluba, min-natura tal-ksur li bih hija akkużata u mill-kuntest fattwali li fuqu huwa bbażat il-MAE, liema riskju reali huwa marbut mal-fatt li l-qrati tal-Istat Membru emittenti ma għadhomx indipendenti minħabba difetti strutturali u fundamentali? |
|
3) |
Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi MAE meta hija tkun ikkonstatat li:
u dan, anki jekk, minbarra dawn id-difetti strutturali u fundamentali, il-persuna mitluba ma tkunx esprimiet tħassib speċifiku u anki jekk is-sitwazzjoni personali tagħha, in-natura tal-ksur li bih hija akkużata u l-kuntest li fuqu huwa bbażat l-MAE ma jagħtux lok għal biża’, minbarra dawn id-difetti strutturali u fundamentali, ta’ eżerċizzju ta’ presssjoni konkreta jew ta’ influwenza fuq il-proċedura kriminali tagħha mill-poter eżekuttiv u/jew leġiżlattiv. |
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).