21.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2020 – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
(Kawża C-285/20)
(2020/C 313/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna f’qgħad sħiħ, li tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor meta hija kienet qed tirċievi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 mill-Istat Membru kompetenti u/jew qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha, għandha dritt għal benefiċċju tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hija residenti? |
2) |
Ir-raġunijiet, pereżempju raġunijiet ta’ familja, li għalihom din il-persuna f’qgħad ittrasferixxiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti huma rilevanti f’dan ir-rigward? |
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).