|
30.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/21 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2020 mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-73/19 – Bergslagernas Järnvaruaktiebolag vs EUIPO – Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għall-qsim tal-injam)
(Kawża C-284/20)
(2020/C 414/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bergslagernas Järnvaruaktiebolag (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund, B. Breitinger, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tas-6 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma jiġix ammess u ordnat lil Bergslagernas Järnvaruaktiebolag tbati l-ispejjeż tagħha stess.