10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-28 ta’ Mejju 2020 – B Oy

(Kawża C-223/20)

(2020/C 262/23)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B Oy

Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/83/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li, konformement ma’ dan l-artikolu, japplika rati ta’ sisa mnaqqsa fuq il-birra prodotta fil-birreriji indipendenti ż-żgħar, għandu japplika wkoll id-dispożizzjoni, stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, li tirrigwarda dik li tissejjaħ it-taxxa komuni fuq il-birreriji ż-żgħar, jew l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta’ dan l-Istat Membru?

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/83 għandha effett dirett?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206).