26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/2


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 minn Gamma-A SIA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-353/19 – Gamma-A vs EUIPO – Zivju pārstrādes uzņēmumu serviss

(Kawża C-200/20 P)

(2020/C 359/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gamma-A SIA (rappreżentant: M. Liguts, advokāts)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-3 ta’ Settembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddetermina jekk l-appelli jistgħu jipproċedu) ddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jipproċedi u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.