7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fis-7 ta’ April 2020 – SC Avio Lucos SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central
(Kawża C-176/20)
(2020/C 297/27)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Avio Lucos SRL
Konvenuti: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central
Domandi preliminari
1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-attività minima li għandha titwettaq fuq superfiċji agrikola normalment miżmuma f’kundizzjoni xierqa għall-mergħa hija li jirgħu l-annimali mrobbija mill-bidwi? |
2) |
Sakemm id-dritt [tal-Unjoni Ewropea] ċċitat iktar ’il fuq ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 4(l)(a) u (c), u tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1307/2013 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li “bidwi attiv” jista’ jitqies bħala persuna ġuridika li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali u li għandha annimali fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ self għall-użu konkluż ma’ persuni fiżiċi, li permezz tiegħu min isellef jafda lil min jissellef, bla ħlas, l-annimali li għandu fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju, bl-iskop li jintużaw għar-ragħa, fis-superfiċji agrikoli intiżi għar-ragħa pprovduti lil min jissellef u matul il-perijodi ta’ żmien innegozjati? |
3) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet artifiċjali huma maħsuba sabiex jinkludu wkoll il-każ ta’ kuntratt ta’ konċessjoni u ftehim ta’ self għall-użu bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali? |
(1) ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.
(2) ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.