29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis-6 ta’ April 2020 – Zipvit Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-156/20)
(2020/C 215/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zipvit Ltd.
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
1) |
Meta (i) awtorità tat-taxxa, il-fornitur u l-operatur li huwa persuna taxxabbli jinterpretaw b’mod żbaljat il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-VAT u jittrattaw provvista, li hija taxxabbli bir-rata standard, bħala eżenti mill-VAT, (ii) il-kuntratt bejn il-fornitur u l-operatur jkun indika li l-prezz tal-provvista kien eżenti mill-VAT u jkun stabbilixxa li fil-każ li tkun dovuta l-VAT huwa l-operatur li għandu jħallasha, (iii) il-fornitur qatt ma jitlob u ma għadx jista’ jitlob il-VAT addizzjonali dovuta mill-operatur, u (iv) l-awtorità tat-taxxa ma tistax jew ma għadx tista’ (permezz tal-operazzjoni ta’ limitazzjoni) titlob mill-fornitur il-VAT li kienet dovuta, l-effett tad-Direttiva (1) huwa li l-prezz fil-fatt imħallas ikun jinkludi flimkien ammont nett dovut inkluża l-VAT eżiġibbli fuqu sabiex l-operatur jkun jista’ jinvoka tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva bħala VAT li kienet fil-fatt “imħallsa” għal din il-provvista? |
2) |
Alternattivament, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ l-operatur jinvoka tnaqqis tat-taxxa tal-input skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva bħala VAT li kienet fil-fatt “dovuta” għal din il-provvista? |
3) |
Meta awtorità tat-taxxa, il-fornitur u l-operatur li huwa persuna taxxabbli jinterpretaw b’mod żbaljat il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-VAT u jittrattaw provvista, li hija taxxabbli bir-rata standard, bħala eżenti mill-VAT, bil-konsegwenza li l-operatur ma jkunx jista’ jipprovdi lill-awtorità tat-taxxa fattura tal-VAT li tkun konformi mal-Artikolu 226(9) u (10) tad-Direttiva għall-provvista magħmula lilu, l-operatur jista’ jinvoka tnaqqis tat-taxxa tal-input skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva? |
4) |
B’risposta għad-domandi 1 sa 3:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.)