27.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Jannar 2020 – B
(Kawża C-1/20)
(2020/C 137/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent fi proċedura ta’ reviżjoni: B.
Konvenut: Finanzamt Wien
Domanda preliminari
L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi mogħtija minn avukat bħala mandatarju ġudizzjarju – sa fejn dawn ma humiex servizzi tipiċi tal-kariga ta’ avukat – huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.