Kawża C‑711/20
Generální ředitelství cel
vs
TanQuid Polska sp. z o.o.
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší správní soud)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑24 ta’ Marzu 2022
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazju tas-sisa – Direttiva 92/12/KE – Artikolu 4 – Moviment tal-prodotti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa – Kundizzjonijiet – Artikoli 6 u 20 – Rilaxx għall-konsum ta’ prodotti – Falsifikazzjoni tad-dokument amministrattiv mehmuż – Ksur jew irregolarità mwettqa waqt il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju – Ħruġ irregolari ta’ prodotti minn arranġament ta’ sospensjoni – Destinatarju li ma jkunx jaf bil-moviment – Frodi mwettqa minn terz – Artikolu 13(a) u Artikolu 15(3) – Garanzija obbligatorja fil-qasam tal-moviment – Portata”
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/12 – Żjut minerali – Moviment tal-prodotti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa – Kunċett
(Direttiva tal-Kunsill 92/12, Artikolu 4(ċ))
(ara l-punt 72 u d-dispożittiv)
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/12 – Żjut minerali – Moviment tal-prodotti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa – Determinazzjoni tan-natura regolari tal-moviment
(Direttiva tal-Kunsill 92/12, Artikolu 4(ċ))
(ara l-punt 72 u d-dispożittiv)