SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)

13 ta’ Jannar 2022 ( *1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2002/49/KE – Evalwazzjoni u ġestjoni ta’ ħsejjes ambjentali – Toroq ewlenin u linji ferrovjarji ewlenin – Artikolu 8(2) – Pjanijiet ta’ azzjoni – Artikolu 10(2) – Anness VI – Sunti tal-pjanijiet ta’ azzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni fit-termini previsti”

Fil-Kawża C‑683/20,

li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fis‑17 ta’ Diċembru 2020,

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers, bħala aġenti,

rikorrenti,

vs

Ir-Repubblika Slovakka, irrappreżentata minn B. Ricziová, bħala aġent,

konvenuta,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),

komposta minn J. Passer (Relatur), President tas-Seba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, F. Biltgen u N. Wahl, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma stabbilixxietx pjanijiet ta’ azzjoni u billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni sunti tal-pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovarji ewlenin, imsemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 101), moqri flimkien mal-Anness VI ta’ din id-direttiva.

Il‑kuntest ġuridiku

2

Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/49, intitolat “Definizzjonijiet”:

“Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

[…]

(n)

‘triq maġġuri’ għandha tfisser triq reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, iddesinjata mill-IstatMembru, li jkollha passaġġi ta’ aktar minn tlett miljun vettura fis-sena;

(o)

‘ferrovija maġġuri’ għandha tfisser ferrovija, iddesinjata mill-Istat Membru, li jkollha passaġġi ta’ aktarminn 30,000 ferrovija fis-sena;

[…]

(t)

‘pjanijiet ta’ azzjoni’ għandha tfisser il-pjanijiet iddissinjati għall-ġestjoni ta’ suġġetti u effetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħoss meta jkun meħtieġ;

[…]”

3

L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat “Pjanijiet ta’ l-azzjoni”, jipprevedi:

“[…]

2.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mhux aktar tard mit‑18 ta’ Lulju 2013, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew pjanijiet ta’ azzjoni primarjament biex jindirizzaw prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess tal-valuri limitanti jew b’xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri għall-aglomerazzjonijiet u għal toroq maġġuri kif ukoll għal ferroviji maġġuri fit-territorji tagħhom.

[…]

5.   Il-pjanijiet ta’ l-azzjoni għandhom jiġu riveduti, u mibdula jekk meħtieġ, kulmeta żviluppi maġġuri jseħħu li jaffettwaw is-sitwazzjoni eżistenti tal-ħsejjes, u mill-anqas darba kull ħames snin wara d-data ta’ l-approvazzjoni tagħhom.

[…]

7.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pubbliku jkun ikkonsultat rigward il-proposti għall-pjanijiet ta’ l- azzjoni, li jkunu mogħtija opportunitajiet effettivi kmieni biex jipparteċipaw fit-tħejjija tagħhom u fir- reviżjoni tal-pjanijiet ta’ l-azzjoni, li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni tkun kunsidrata u li l-pubbliku jkun infurmat bid-deċiżjoni meħudha. Qafas ta’ żmien raġjonevoli għandhom ikunu provduti li jippermettu żmien suffiċċjenti għal kull stadju tal-parteċipazzjoni pubblika.

Jekk l-obligazzjoni għat-twettieq tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika toriġina simultanjament minn din id-Direttiva u minn xi leġislazzjoni oħra tal-[Unjoni], l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri konġunti sabiex jevitaw duplikazzjoni.”

4

L-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-ġbir u l-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni”, jiddisponi, fil-paragrafu 2 tiegħu:

“L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni minn mappep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta’ l-azzjoni kif imsemmija fl-Anness VI ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-datistabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament.”

5

L-Anness V ta’ din id-direttiva jipprevedi r-rekwiżiti minimi għall-pjanijiet ta’ azzjoni.

6

L-Anness VI ta’ din l-istess direttiva jipprevedi l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, inkluż, b’mod partikolari, għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovjarji ewlenin u għall-ajruporti ewlenin, “[s]ommarju tal-pjan ta’ l-azzjoni li jkopri l-aspetti mportanti kollha imsemmija fl-Anness V, li ma jeċċedux għaxar paġni fit-tul”.

Il‑proċedura prekontenzjuża

7

Fil‑25 ta’ Ġunju 2010, l-awtoritajiet Slovakki kkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz tal-portal elettroniku Reportnet tan-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet), lista ta’ agglomerazzjonijiet, ta’ toroq ewlenin, ta’ linji ferrovjarji ewlenin u ta’ ajruporti ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/49. Fis‑16 ta’ Jannar 2014, huma aġġornaw din il-lista f’dak li jirrigwarda l-linji ferrovjarji ewlenin.

8

Fis‑27 ta’ Marzu 2015, wara l-ewwel skambju ta’ ittri, id-dipartimenti tal-Kummissjoni indirizzaw talba lill-awtoritajiet Slovakki, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 7453/15/ENVI, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49.

9

Fis‑26 ta’ Mejju 2015, l-awtoritajiet Slovakki bagħtu tweġiba għal din it-talba u, fl‑24 ta’ Lulju 2015, aġġornaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-agglomerazzjonijiet u t-toroq ewlenin.

10

Fid‑29 ta’ April 2016, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Slovakka li fiha hija kkonstatat diversi nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru skont id-Direttiva 2002/49, b’mod partikolari dak, previst fl-Artikolu 8(2), li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni, kif ukoll dak, previst fl-Artikolu 10(2), moqri flimkien mal-Annessi V u VI tal-imsemmija direttiva, li tibagħtilha sunti ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni.

11

Permezz ta’ ittra tas‑17 ta’ Ġunju 2016, ir-Repubblika Slovakka wieġbet għal din l-ittra ta’ intimazzjoni.

12

Fil‑15 ta’ Ġunju 2017, wara li eżaminat din it-tweġiba u l-informazzjoni kkomunikata wara din it-tweġiba, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lir-Repubblika Slovakka. F’din l-opinjoni, hija kkonstatat, b’mod partikolari, li dan l-Istat Membru ma kienx ħejja pjanijiet ta’ azzjoni għal 462 triq ewlenija u 16‑il linja ferrovjarja ewlenija, bi ksur tal-Artikolu 8(2) u (4), moqri flimkien mal-Anness V tad-Direttiva 2002/49, u ma kinitx bagħtet, għall-imsemmija toroq ewlenin u linji ferrovjarji ewlenin, is-sunti tal-pjanijiet ta’ azzjoni, bi ksur tal-Artikolu 10(2), moqri flimkien mal-Annessi V u VI ta’ din id-direttiva. Il-Kummissjoni tat lir-Repubblika Slovakka terminu ta’ xahrejn minn meta tirċievi l-imsemmija opinjoni sabiex tadotta l-miżuri neċessarji sabiex ittemm dawn in-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu.

13

Permezz ta’ ittra tal‑24 ta’ Lulju 2017, ir-Repubblika Slovakka indikat li ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonforma ruħha bis-sħiħ u fil-ħin mal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2002/49 peress li l-amministraturi tal-infrastruttura tat-toroq u l-operaturi ferrovjarji ma kinux osservaw l-obbligi legali tagħhom fit-termini stabbiliti. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru ppreċiża lill-Kummissjoni li 17‑il pjan ta’ azzjoni li jikkonċernaw it-toroq ewlenin kienu qegħdin jiġu mfassla.

14

Fil‑21 ta’ Awwissu u fl‑10 ta’ Settembru 2020, l-awtoritajiet Slovakki bagħtu informazzjoni ġdida lin-network Eionet dwar, rispettivament, it-toroq ewlenin u l-linji ferrovjarji ewlenin.

15

Peress li r-Repubblika Slovakka ma kkonformatx mal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2), moqri flimkien mal-Anness VI tad-Direttiva 2002/49, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.

Fuq ir‑rikors

L‑argumenti tal‑partijiet

16

Filwaqt li tirrikonoxxi li r-Repubblika Slovakka għamlet ċertu progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49 sa mill-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni ssostni li dan l-Istat Membru naqas mill-obbligu tiegħu li jibagħtilha sunt tal-pjanijiet ta’ azzjoni għal 445 triq ewlenija barra mill-agglomerazzjonijiet u 16‑il linja ferrovjarja ewlenija barra mill-agglomerazzjonijiet, konformement mal-Artikolu 10(2) moqri flimkien mal-Anness VI tad-Direttiva 2002/49. Fl-assenza ta’ indikazzjoni kuntrarja, minn dan il-Kummissjoni tiddeduċi li r-Repubblika Slovakka ma fasslitx pjanijiet ta’ azzjoni għal dawn it-toroq u linji u li għalhekk hija naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva.

17

Ir-Repubblika Slovakka tirrikonoxxi li wettqet tard l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 8(2) u mill-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49. Hija tqis madankollu li dan ir-rikors ma għadx għandu skop.

18

Fil-fatt, wara li kkomunikat lill-Kummissjoni, fl‑10 ta’ Settembru 2020, dokument intitolat “Pjan ta’ azzjoni dwar il-protezzjoni mill-istorbju li joriġina minn ċerti linji ferrovjarji ewlenin amministrati mill-kumpannija nazzjonali tal-linji tal-ferrovija Slovakki (ŽSR) li kienu joperaw fl‑2011 – Sunt”, ta’ Lulju 2013, u, fil‑31 ta’ Diċembru 2020, dokument intitolat “Pjan ta’ azzjoni dwar il-protezzjoni mill-istorbju li joriġina minn ċerti toroq ewlenin amministrati mill-Amministrazzjoni Slovakka tat-Toroq (SSC) abbażi tas-sitwazzjoni fl‑2011 – Sunt”, ta’ Novembru 2020, ma kien għadu jeżisti l-ebda nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat.

19

Fl-istadju tar-replika, il-Kummissjoni tiċħad ir-rilevanza ta’ dawn id-dokumenti. Fil-fatt, dawn id-dokumenti jirreferu għal konsultazzjonijiet pubbliċi li saru matul l‑2020. Peress li l-konsultazzjonijiet pubbliċi għandhom, konformement mal-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2002/49, jippreċedu l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni, dawn id-dokumenti ma jistgħux għalhekk ikunu relatati ma’ pjanijiet ta’ azzjoni li jirrigwardaw il-perijodu ta’ bejn l‑2013 u l‑2018. Dawn huma probabbilment dokumenti reċenti relatati ma’ sitwazzjoni fil-passat. Issa, mill-interpretazzjoni sistematika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/49 jirriżulta li pjan ta’ azzjoni għandu jiġi adottat fil-ħin sabiex ikopri perijodu fil-futur. B’mod partikolari, mis-sistema ta’ obbligi stabbilita mill-imsemmija direttiva, b’mod partikolari mill-Artikolu 8(5) ta’ din id-direttiva, jirriżulta li, wara massimu ta’ ħames snin, il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, jekk ikun il-każ, riveduti. Konsegwentement, l-adozzjoni, fl‑2020, tal-pjan ta’ azzjoni li kellu jiġi stabbilit fl‑2013 ma tistax twassal għall-konformità mad-Direttiva 2002/49. Kieku kien possibbli li jiġu adottati pjanijiet ta’ azzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu li huma relatati miegħu, id-Direttiva 2002/49 titlef l-effett utli tagħha.

20

Il-Kummissjoni żżid li, fi kwalunkwe każ, il-kwistjoni dwar jekk ir-Repubblika Slovakka ssodisfatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49 għandha tiġi evalwata skont is-sitwazzjoni kif kienet fi tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, f’dan il-każ, fil‑15 ta’ Awwissu 2017. Issa, huwa stabbilit li, f’din id-data, ir-Repubblika Slovakka kienet għadha ma stabbilixxietx pjanijiet ta’ azzjoni għal 445 triq ewlenija u sittax-il linja ferrovjarja ewlenija.

21

Ir-Repubblika Slovakka tiċħad dan l-argument tal-Kummissjoni, li hija tqis li huwa illoġiku u konfuż. Mid-Direttiva 2002/49 jirriżulta li l-pjanijiet ta’ azzjoni li dan l-Istat Membru kien obbligat jistabbilixxi għal sittax-il linja ferrovjarja ewlenija u għal 445 triq ewlenija qabel it‑18 ta’ Lulju 2013 kellhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni tal‑2011 u jinkludu l-miżuri għas-snin mill‑2013 sal‑2018. Ir-Repubblika Slovakka wettqet dan l-obbligu a posteriori. Ir-rekwiżiti fformulati mill-Kummissjoni fl-istadju tar-replika jwasslu, fil-prattika, sabiex ir-Repubblika Slovakka tkun obbligata tirrinunzja milli tagħmel sforz, anki jekk a posteriori, li tissodisfa l-obbligu previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2002/49 u msemmi f’dan ir-rikors, filwaqt li jobbligawha li tfittex li twettaq obbligu ieħor, jiġifieri dak previst fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/49, li huwa obbligu għan-nuqqas ta’ osservanza li fir-rigward tiegħu ma ġie ppreżentat l-ebda rikors kontriha. Fi kliem ieħor, l-argumenti tal-Kummissjoni jfissru li, jekk Stat Membru ma jkunx issodisfa l-obbligi tiegħu fit-terminu stabbilit minn din id-direttiva, huwa qatt ma jkun jista’ jagħmel dan.

22

Fil-każ li l-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Slovakka, fir-replika, għall-ksur tal-obbligu li twettaq konsultazzjoni pubblika fil-ħin fuq il-pjanijiet ta’ azzjoni, previst fl-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2002/49, u tal-obbligu ta’ eżami mill-ġdid jew ta’ reviżjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni sa mhux iktar tard minn ħames snin wara d-data ta’ approvazzjoni tagħhom, previst fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/49, ir-Repubblika Slovakka tqis li dawn l-ilmenti huma inammissibbli.

23

Barra minn hekk, ir-Repubblika Slovakka tirrileva, qabelxejn, li, anki jekk il-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fir-rikors ġew iffinalizzati biss fl‑2020, dan ma jfissirx li ma ġiet adottata l-ebda miżura ta’ tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali fir-rigward tat-toroq ewlenin u tal-linji ferrovjarji ewlenin ikkonċernati wara l‑2013. F’dan ir-rigward, hija ssemmi diversi miżuri ta’ modernizzazzjoni tal-linji ferrovjarji jew intiżi direttament għat-tnaqqis tas-sorsi ta’ ħsejjes.

24

Sussegwentement, ir-Repubblika Slovakka kellha għarfien sħiħ tal-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/49. Skont din id-dispożizzjoni, hija tafferma li fasslet u kkomunikat lill-Kummissjoni diversi sunti ta’ pjanijiet ta’ azzjoni b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal‑2016.

25

Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Slovakka tenfasizza li hija ma kinitx l-uniku Stat Membru li dam ma jeżegwixxi l-obbligi skont l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49.

L‑evalwazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja

26

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, u l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-bidliet li jkunu seħħew sussegwentement (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2021, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (VAT – Aġenziji tal-ivvjaġġar), C‑787/19, mhux ippubblikata, EU:C:2021:72, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).

27

F’dan il-każ, ir-Repubblika Slovakka ma tikkontestax li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, jiġifieri l‑15 ta’ Awwissu 2017, hija la kienet stabbilixxiet pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovjarji ewlenin, imsemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u lanqas ikkomunikat lill-Kummissjoni sunti ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni.

28

Fir-rigward tad-dokumenti intitolati “Pjan ta’ azzjoni dwar il-protezzjoni mill-istorbju li joriġina minn ċerti linji ferrovjarji ewlenin amministrati mill-kumpannija nazzjonali tal-linji tal-ferrovija Slovakki (ŽSR) li kienu joperaw fl‑2011 – Sunt” u “Pjan ta’ azzjoni dwar il-protezzjoni mill-istorbju li joriġina minn ċerti toroq ewlenin amministrati mill-Amministrazzjoni Slovakka tat-Toroq (SSC) abbażi tas-sitwazzjoni fl‑2011 – Sunt”, ir-Repubblika Slovakka ma tikkontestax li hija kkomunikathom lill-Kummissjoni fl‑10 ta’ Settembru u fil‑31 ta’ Diċembru 2020, jiġifieri wara d-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata. Fir-rigward tal-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ dokumenti, hija tippreċiża barra minn hekk li l-indikazzjoni tal‑2013 (ara l-punt 18 ta’ din is-sentenza) inżammet fuq dan id-dokument, peress li dan kellu inizjalment jiġi stabbilit fl‑2013. Madankollu, hija tikkonferma li anki dan id-dokument ġie ffinalizzat biss fl‑2020, wara l-konsultazzjoni pubblika.

29

Minn dan isegwi li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, dawn id-dokumenti huma irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza, f’dik id-data, tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati.

30

Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-allegazzjoni tar-Repubblika Slovakka dwar l-inammissibbiltà ta’ ċerti argumenti tal-Kummissjoni hija bbażata fuq qari żbaljat tan-noti ta’ din l-istituzzjoni.

31

Fil-fatt, kif tirrileva r-Repubblika Slovakka hija stess, il-Kummissjoni ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi oħra minbarra dawk previsti fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49.

32

Fir-realtà, il-Kummissjoni rreferiet għall-obbligi li tirrevedi l-pjanijiet ta’ azzjoni u li tikkonsulta lill-pubbliku fuq il-proposti ta’ pjanijiet ta’ azzjoni, previsti fl-Artikolu 8(5) u (7) ta’ din id-direttiva, biss fil-kuntest tad-dokumenti msemmija fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, u dan sabiex turi, b’mod partikolari, li dawn id-dokumenti ġew adottati reċentement u, fi kwalunkwe każ, wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, fatt li ma huwiex ikkontestat, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mir-Repubblika Slovakka.

33

Sa fejn din tal-aħħar tenfasizza li hija ma kinitx l-uniku Stat Membru li dam ma jeżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 8(2) u mill-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li Stat Membru ma jistax jiġġustifika n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattat FUE bil-fatt li Stati Membri oħra naqsu u jkomplu jonqsu wkoll milli jwettqu l-obbligi tagħhom (sentenza tat‑18 ta’ Novembru 2010, Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑48/10, mhux ippubblikata, EU:C:2010:704, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).

34

F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikors għandu jintlaqa’.

35

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li, billi, minn naħa, ma stabbilixxietx pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovjarji ewlenin, imsemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, ma kkomunikatx lill-Kummissjoni sunti tal-imsemmija pjanijiet ta’ azzjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49, moqri flimkien mal-Anness VI tagħha.

Fuq l‑ispejjeż

36

Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Slovakka tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Billi, minn naħa, ma stabbilixxietx pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq ewlenin u għal-linji ferrovjarji ewlenin, imsemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea sunti tal-imsemmija pjanijiet ta’ azzjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, moqri flimkien mal-Anness VI tagħha.

 

2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.

 

Firem

Anness

Toroq ewlenin

Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Numru uniku ta’ identifikazzjoni

90269 SK_b_rd001

90260 SK_b_rd002

90290 SK_b_rd003

90290 SK_b_rd004

90308 SK_b_rd005

90308 SK_b_rd006

90309 SK_b_rd007

90309 SK_b_rd008

90309 SK_b_rd009

90100 SK_b_rd010

90100 SK_b_rd011

90100 SK_b_rd012

90118 SK_b_rd013

90118 SK_b_rd014

90118 SK_b_rd015

90118 SK_b_rd016

90119 SK_b_rd017

90120 SK_b_rd018

90120 SK_b_rd019

90120 SK_b_rd020

90120 SK_b_rd021

90120 SK_b_rd022

90120 SK_b_rd023

90130 SK_b_rd024

90130 SK_b_rd025

90140 SK_b_rd026

90149 SK_b_rd027

90149 SK_b_rd028

90149 SK_b_rd029

90149 SK_b_rd030

90149 SK_b_rd031

90158 SK_b_rd032

90158 SK_b_rd033

90158 SK_b_rd034

90158 SK_b_rd035

90158 SK_b_rd036

90158 SK_b_rd037

90169 SK_b_rd038

90170 SK_b_rd039

90180 SK_b_rd040

90180 SK_b_rd041

90187 SK_b_rd042

90187 SK_b_rd043

90187 SK_b_rd044

90210 SK_b_rd045

90210 SK_b_rd046

90220 SK_b_rd047

37 SK_b_rd048

30 SK_b_rd049

30 SK_b_rd050

47 SK_b_rd051

47 SK_b_rd052

40 SK_b_rd053

40 SK_b_rd054

69 SK_b_rd055

69 SK_b_rd056

60 SK_b_rd057

60 SK_b_rd058

60 SK_b_rd059

60 SK_b_rd060

60 SK_b_rd061

60 SK_b_rd062

66 SK_b_rd063

70 SK_b_rd064

70 SK_b_rd065

70 SK_b_rd066

80 SK_b_rd067

127 SK_b_rd068

127 SK_b_rd069

127 SK_b_rd070

130 SK_b_rd071

380 SK_b_rd072

390 SK_b_rd073

390 SK_b_rd074

390 SK_b_rd075

390 SK_b_rd076

390 SK_b_rd077

410 SK_b_rd078

410 SK_b_rd079

410 SK_b_rd080

410 SK_b_rd081

410 SK_b_rd082

420 SK_b_rd083

420 SK_b_rd084

430 SK_b_rd085

430 SK_b_rd086

430 SK_b_rd087

430 SK_b_rd088

440 SK_b_rd089

446 SK_b_rd090

470 SK_b_rd091

80027 SK_b_rd092

80027 SK_b_rd093

80027 SK_b_rd094

80027 SK_b_rd095

80027 SK_b_rd096

80027 SK_b_rd097

80027 SK_b_rd098

80026 SK_b_rd099

80630 SK_b_rd100

80630 SK_b_rd101

80640 SK_b_rd102

80658 SK_b_rd103

80658 SK_b_rd104

80659 SK_b_rd105

80659 SK_b_rd106

83660 SK_b_rd107

83668 SK_b_rd108

83668 SK_b_rd109

83668 SK_b_rd110

83668 SK_b_rd111

83668 SK_b_rd112

83668 SK_b_rd113

92099 SK_b_rd114

92099 SK_b_rd115

92099 SK_b_rd116

92099 SK_b_rd117

92099 SK_b_rd118

92100 SK_b_rd119

92107 SK_b_rd120

92107 SK_b_rd121

92107 SK_b_rd122

91450 SK_b_rd123

91450 SK_b_rd124

92107 SK_b_rd125

92107 SK_b_rd126

92107 SK_b_rd127

91456 SK_b_rd128

92117 SK_b_rd129

92117 SK_b_rd130

92110 SK_b_rd131

92110 SK_b_rd132

92110 SK_b_rd133

92110 SK_b_rd134

92120 SK_b_rd135

92120 SK_b_rd136

92150 SK_b_rd137

92160 SK_b_rd138

92160 SK_b_rd139

90460 SK_b_rd140

90470 SK_b_rd141

90470 SK_b_rd142

90480 SK_b_rd143

90480 SK_b_rd144

90480 SK_b_rd145

90480 SK_b_rd146

90490 SK_b_rd147

90490 SK_b_rd148

90490 SK_b_rd149

90500 SK_b_rd150

90509 SK_b_rd151

90510 SK_b_rd152

90510 SK_b_rd153

90510 SK_b_rd154

90510 SK_b_rd155

90510 SK_b_rd156

90520 SK_b_rd157

90520 SK_b_rd158

90527 SK_b_rd159

90527 SK_b_rd160

90527 SK_b_rd161

90527 SK_b_rd162

90527 SK_b_rd163

90527 SK_b_rd164

90527 SK_b_rd165

90527 SK_b_rd166

90527 SK_b_rd167

90530 SK_b_rd168

90536 SK_b_rd169

90540 SK_b_rd170

90550 SK_b_rd171

90550 SK_b_rd172

90550 SK_b_rd173

90560 SK_b_rd174

90560 SK_b_rd175

90560 SK_b_rd176

90560 SK_b_rd177

90580 SK_b_rd178

90580 SK_b_rd179

90590 SK_b_rd180

90596 SK_b_rd181

540 SK_b_rd182

540 SK_b_rd183

540 SK_b_rd184

550 SK_b_rd185

600 SK_b_rd186

618 SK_b_rd187

618 SK_b_rd188

618 SK_b_rd189

239 SK_b_rd190

239 SK_b_rd191

240 SK_b_rd192

240 SK_b_rd193

240 SK_b_rd194

258 SK_b_rd195

269 SK_b_rd196

270 SK_b_rd197

270 SK_b_rd198

280 SK_b_rd199

290 SK_b_rd200

290 SK_b_rd201

299 SK_b_rd202

300 SK_b_rd203

300 SK_b_rd204

310 SK_b_rd205

310 SK_b_rd206

80750 SK_b_rd207

80750 SK_b_rd208

80750 SK_b_rd209

80780 SK_b_rd210

80780 SK_b_rd211

85520 SK_b_rd212

85526 SK_b_rd213

85526 SK_b_rd214

85526 SK_b_rd215

85526 SK_b_rd216

85526 SK_b_rd217

81170 SK_b_rd218

81170 SK_b_rd219

81180 SK_b_rd220

81180 SK_b_rd221

81180 SK_b_rd222

81180 SK_b_rd223

81200 SK_b_rd224

81200 SK_b_rd225

81230 SK_b_rd226

81230 SK_b_rd227

81720 SK_b_rd228

81720 SK_b_rd229

81726 SK_b_rd230

81726 SK_b_rd231

81726 SK_b_rd232

81726 SK_b_rd233

81726 SK_b_rd234

81726 SK_b_rd235

81726 SK_b_rd236

90660 SK_b_rd237

90660 SK_b_rd238

90660 SK_b_rd239

90670 SK_b_rd240

90670 SK_b_rd241

90700 SK_b_rd242

90756 SK_b_rd243

90750 SK_b_rd244

90750 SK_b_rd245

90750 SK_b_rd246

90750 SK_b_rd247

90780 SK_b_rd248

90780 SK_b_rd249

90790 SK_b_rd250

90790 SK_b_rd251

80140 SK_b_rd252

80146 SK_b_rd253

80190 SK_b_rd254

80190 SK_b_rd255

80190 SK_b_rd256

80200 SK_b_rd257

80200 SK_b_rd258

80200 SK_b_rd259

80200 SK_b_rd260

80260 SK_b_rd261

80030 SK_b_rd262

80030 SK_b_rd263

80040 SK_b_rd264

80050 SK_b_rd265

90019 SK_b_rd266

90019 SK_b_rd267

90019 SK_b_rd268

90019 SK_b_rd269

90019 SK_b_rd270

90019 SK_b_rd271

90010 SK_b_rd272

90010 SK_b_rd273

90040 SK_b_rd274

90040 SK_b_rd275

90040 SK_b_rd276

90040 SK_b_rd277

80286 SK_b_rd278

80286 SK_b_rd279

80286 SK_b_rd280

80288 SK_b_rd281

80288 SK_b_rd282

80288 SK_b_rd283

80288 SK_b_rd284

80288 SK_b_rd285

80289 SK_b_rd286

80289 SK_b_rd287

80296 SK_b_rd288

80297 SK_b_rd289

80297 SK_b_rd290

80297 SK_b_rd291

80297 SK_b_rd292

81460 SK_b_rd293

81460 SK_b_rd294

81478 SK_b_rd295

81478 SK_b_rd296

81478 SK_b_rd297

81479 SK_b_rd298

81480 SK_b_rd299

81480 SK_b_rd300

81480 SK_b_rd301

81480 SK_b_rd302

81496 SK_b_rd303

81496 SK_b_rd304

81496 SK_b_rd305

81496 SK_b_rd306

81500 SK_b_rd307

81510 SK_b_rd308

81510 SK_b_rd309

81510 SK_b_rd310

81510 SK_b_rd311

81570 SK_b_rd312

81570 SK_b_rd313

81570 SK_b_rd314

80420 SK_b_rd315

80458 SK_b_rd316

80459 SK_b_rd317

80560 SK_b_rd318

80560 SK_b_rd319

80570 SK_b_rd320

80590 SK_b_rd321

80590 SK_b_rd322

80620 SK_b_rd323

80628 SK_b_rd324

80628 SK_b_rd325

80628 SK_b_rd326

80628 SK_b_rd327

91460 SK_b_rd328

91460 SK_b_rd329

91460 SK_b_rd330

91440 SK_b_rd331

91440 SK_b_rd332

91430 SK_b_rd333

91430 SK_b_rd334

91430 SK_b_rd335

91380 SK_b_rd336

91380 SK_b_rd337

91380 SK_b_rd338

91370 SK_b_rd339

91370 SK_b_rd340

91360 SK_b_rd341

80350 SK_b_rd342

80350 SK_b_rd343

80357 SK_b_rd344

80357 SK_b_rd345

80360 SK_b_rd346

80360 SK_b_rd347

80360 SK_b_rd348

80370 SK_b_rd349

80370 SK_b_rd350

80380 SK_b_rd351

80390 SK_b_rd352

80390 SK_b_rd353

80390 SK_b_rd354

80390 SK_b_rd355

90390 SK_b_rd356

90390 SK_b_rd357

91300 SK_b_rd358

91300 SK_b_rd359

91296 SK_b_rd360

91290 SK_b_rd361

91290 SK_b_rd362

91260 SK_b_rd363

91250 SK_b_rd364

91250 SK_b_rd365

91550 SK_b_rd366

91550 SK_b_rd367

91530 SK_b_rd368

91530 SK_b_rd369

95376 SK_b_rd370

95377 SK_b_rd371

95380 SK_b_rd372

95380 SK_b_rd373

95377 SK_b_rd374

95376 SK_b_rd375

90880 SK_b_rd376

90880 SK_b_rd377

90897 SK_b_rd378

90897 SK_b_rd379

90900 SK_b_rd380

90900 SK_b_rd381

90900 SK_b_rd382

90900 SK_b_rd383

90900 SK_b_rd384

90910 SK_b_rd385

90910 SK_b_rd386

90910 SK_b_rd387

90920 SK_b_rd388

90930 SK_b_rd389

90930 SK_b_rd390

90937 SK_b_rd391

90937 SK_b_rd392

90940 SK_b_rd393

90940 SK_b_rd394

1300 SK_b_rd395

1300 SK_b_rd396

1300 SK_b_rd397

1300 SK_b_rd398

1300 SK_b_rd399

1300 SK_b_rd400

1310 SK_b_rd401

1310 SK_b_rd402

1310 SK_b_rd403

1320 SK_b_rd404

910 SK_b_rd405

910 SK_b_rd406

910 SK_b_rd407

910 SK_b_rd408

920 SK_b_rd409

930 SK_b_rd410

936 SK_b_rd411

930 SK_b_rd412

930 SK_b_rd413

940 SK_b_rd414

950 SK_b_rd415

2069 SK_b_rd416

95610 SK_b_rd417

91230 SK_b_rd418

91230 SK_b_rd419

91230 SK_b_rd420

91230 SK_b_rd421

91230 SK_b_rd422

91230 SK_b_rd423

1330 SK_b_rd424

1330 SK_b_rd425

1330 SK_b_rd426

5570 SK_b_rd427

5570 SK_b_rd428

5570 SK_b_rd429

5570 SK_b_rd430

5580 SK_b_rd431

1789 SK_b_rd432

81330 SK_b_rd433

81330 SK_b_rd434

81330 SK_b_rd435

81340 SK_b_rd436

81340 SK_b_rd437

81340 SK_b_rd438

81340 SK_b_rd439

81350 SK_b_rd440

81350 SK_b_rd441

81350 SK_b_rd442

81360 SK_b_rd443

81360 SK_b_rd444

81360 SK_b_rd445

Linji ferrovjarji ewlenin

Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Numru uniku ta’ identifikazzjoni

ŽSR-110 SK_a_rl1

ŽSR-110 SK_a_rl2

ŽSR-120 SK_a_rl3

ŽSR-120 SK_a_rl4

ŽSR-130 SK_a_rl5

ŽSR-130 SK_a_rl6

ŽSR-120 SK_a_rl7

ŽSR-127 SK_a_rl8

ŽSR-180 SK_a_rl9

ŽSR-180 SK_a_rl10

ŽSR-180 SK_a_rl11

ŽSR-180 SK_a_rl12

ŽSR-180 SK_a_rl13

ŽSR-180 SK_a_rl14

ŽSR-180 SK_a_rl15

ŽSR-190 SK_a_rl16


( *1 ) Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.