Kawża C‑531/20
NovaText GmbH
vs
Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill‑Bundesgerichtshof)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) tat‑28 ta’ April 2022
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 3 – Obbligu ġenerali relatat mal-miżuri, mal-proċeduri u mar-rimedji neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Artikolu 14 – Kunċett ta’ ‘spejjeż legali raġonevoli u proporzjonati’ – Konsulent fil-qasam tal-proprjetà intellettwali – Assenza ta’ possibbiltà ta’ evalwazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tan-natura raġonevoli u proporzjonata tal-ispejjeż imposti fuq il-parti li tilfet”
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48 – Spejjeż legali – Kunċett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48, Artikolu 14)
(ara l-punti 40 sa 42)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48 – Spejjeż legali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lill-qorti nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni karatteristiċi speċifiċi tal-każ inkwistjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli u proporzjonali tal-ispejjeż – Inammissibbiltà
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48, premessa 17 u l-Artikoli 3 u 14 u d-dispożittiv)
(ara l-punti 49 sa 55)