Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas‑16 ta’ Marzu 2023 –
OL (Estensjoni tal-konċessjonijiet Taljani)
(Kawża C‑517/20) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 56 TFUE – Logħob tal-ażżard – Konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir tal-imħatri – Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija – Regolarizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data li jwettqu din l-attività fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ liċenzja tal-pulizija – Estensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minn din ir-regolarizzazzjoni – Terminu ristrett”
Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija – Estensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minn regolarizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data li jwettqu l-ġbir tal-imħatri fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ liċenzja tal-pulizija – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Kontinwità tal-kontroll fuq is-settur sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi – Proporzjonalità – Verifika mill-qorti nazzjonali
Artikoli 49 u 56 TFUE
(ara l-punti 42 sa 45, 48, 49, 51 sa 53, 56 u d-dispożittiv)
Dispożittiv
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu estensjoni tal-konċessjonijiet fis-settur tal-logħob tal-ażżard u tad-drittijiet li jirriżultaw mir-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni tad-data li kienu diġà jeżerċitaw, f’data speċifika, attivitajiet ta’ ġbir tal-imħatri għal bookmakers barranin li ma kellhomx konċessjoni u liċenzja tal-pulizija sa fejn tali estensjoni, li tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħalma huwa l-għan li tiġi żgurata t-tkomplija tal-kontroll tal-operaturi f’dan is-settur sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi, ma hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan jew tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan tal-aħħar.
( 1 ) ĠU C 257, 4.7.2022.