Kawża C‑473/20

“Invest Fund Management” AD

vs

Komisia za finansov nadzor

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sofiyski rayonen sad)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal‑20 ta’ Ottubru 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Direttiva 2009/65/KE – Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – Kumpanniji ta’ ġestjoni tal-UCITS – Obbligi li jirrigwardaw l-informazzjoni tal-investituri – Artikolu 72 – Obbligu ta’ aġġornament tal-‘elementi essenzjali tal-prospett’ – Portata – Artikolu 69(2) – Informazzjoni msemmija fl-Iskeda A tal-Anness I – Kompożizzjoni ta’ korp tal-kumpannija tal-maniġment – Artikolu 99a(r) – Traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku tal-Istati Membri – Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi s-sitwazzjonijiet li fihom ksur relatat mal-aġġornament tal-prospett jista’ jiġi kkonstatat u ssanzjonat”

  1. Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – Direttiva 2009/65 – Obbligi li jirrigwardaw l-informazzjoni tal-investituri – Aġġornament tal-elementi essenzjali tal-prospett – Kunċett ta’ elementi essenzjali

    (Direttiva 2009/65 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2014/91, premessi 3, 4, 59 u 61; Artikoli 69(1) u (2), 72, 78, 82 u Anness I)

    (ara l-punti 30 sa 34, 37 sa 45, 47 sa 52, u d-dispożittiv 1)

  2. Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) – Direttiva 2009/65 – Obbligi li jirrigwardaw l-informazzjoni tal-investituri – Aġġornament tal-elementi essenzjali tal-prospett

    (Direttiva 2009/65 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2014/91, premessi 3, 15 u 69, Artikoli 1(7), 68 sa 82, l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 99(1) u l-Artikolu 99a(r))

    (ara l-punti 55 sa 64, u d-dispożittiv 2)

Ara t-test tad-deċiżjoni.