Kawża C‑269/20

Finanzamt T

vs

S

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Sitt Direttiva 77/388/KEE – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) – Persuni taxxabbli – Fakultà għall-Istati Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli unika lil entitajiet indipendenti mill-perspettiva legali iżda marbuta mill-qrib bejniethom mill-perspettiva finanzjarja, ekonomika u tal-organizzazzjoni (‘Grupp tal-VAT’) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-korp dominanti tal-grupp tal-VAT bħala l-unika persuna taxxabbli – Provvisti interni għall-grupp tal-VAT – Artikolu 6(2)(b) – Provvisti ta’ servizzi mogħtija mingħajr ħlas – Kunċett ta’ ‘skopijiet barra dawk tan-negozju’”

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni marbuta mill-qrib bħala persuna taxxabbli waħda – Rabtiet mill-qrib fuq il-livell finanzjarju – Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(4))

    (ara l-punt 37)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni marbuta mill-qrib bħala persuna taxxabbli waħda – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din l-iskema – Limiti

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(4))

    (ara l-punti 38 sa 41)

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett ta’ persuna taxxabbli waħda

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(4))

    (ara l-punt 42)

  4. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni marbuta mill-qrib bħala persuna taxxabbli waħda – Indikazzjoni tal-korp dominanti tal-grupp tal-VAT bħala l-unika persuna taxxabbli

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 4(4))

    (ara l-punt 53, id-dispożittiv 1)

  5. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni marbuta mill-qrib bħala persuna taxxabbli waħda – Provvisti interni għall-grupp tal-VAT

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/388, Artikoli 4(5) u 6(2)(b))

    (ara l-punt 63, id-dispożittiv 2)

Ara t-test tad-deċiżjoni.