Kawża C‑211/20 P
Il‑Kummissjoni Ewropea
vs
Valencia Club de Fútbol SAD
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) tal‑10 ta’ Novembru 2022
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Self lil tliet klabbs tal-futbol tal-Komunità ta’ Valencia (Valencia CF, Hércules CF u Elche CF) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Annullament tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Valencia CF – Kunċett ta’ ‘vantaġġ’ – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ – Komunikazzjoni dwar il-garanziji – Interpretazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea – Oneru tal-prova – Żnaturament”
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-prinċipju ta’ operatur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Adozzjoni minnha ta’ avviż dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji – Konsegwenzi
(Artikolu 107 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2008/C 155/10, punti 3.2 u 4.1)
(ara l-punti 34 sa 36)
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti – Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li jkunu wasslu għal dan l-iżnaturament – Neċessità li l-iżnaturament jirriżulta manifestament mill-atti tal-proċess
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))
(ara l-punti 55 sa 58)
(Artikolu 107(1) TFUE)
(ara l-punti 73 sa 83, 93 u 96 sa 98)