SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
12 ta’ Mejju 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom – Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 – Kavjar tal-isturjun – Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi – Permess ta’ importazzjoni – Deroga – Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna – Qbiż – Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor”
Fil-Kawża C‑87/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑15 ta’ Ottubru 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑19 ta’ Frar 2020, fil-proċedura
Hauptzollamt B
vs
XY,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn A. Kumin, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur), President tat-Tieni Awla, u T. von Danwitz, Imħallef,
Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għall-Hauptzollamt B, minn A. Wollschläger, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Eisenberg, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u L. Dvořáková, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hermes u R. Tricot, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad‑9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 136), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1320/2014 tal‑1 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 361, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 338/97”), u l-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal‑4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU 2006, L 166, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/870 tal‑5 ta’ Ġunju 2015 (ĠU 2015, L 142, p. 3) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 865/2006”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Hauptzollamt B (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali B, il-Ġermanja) u XY, dwar il-konfiska ta’ sitt kaxxi tal-kavjar tal-isturjun b’piż ta’ 50 gramma (g) kull waħda minħabba l-assenza ta’ permess ta’ importazzjoni ppreżentat mill-persuna kkonċernata mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
|
3 |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, iffirmata f’Washington fit‑3 ta’ Marzu 1973 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 993, Nru I‑14537, iktar ’il quddiem iċ-“CITES”), għandha l-għan li tiżgura li l-kummerċ internazzjonali ta’ speċi elenkati fl-annessi tagħha, kif ukoll il-partijiet u d-derivati tagħhom, ma jippreġudikax il-konservazzjoni tal-biodiversità, u jkun ibbażat fuq użu sostenibbli ta’ speċi selvaġġi. |
|
4 |
Din il-konvenzjoni, li għaliha l-Unjoni saret parti fit‑8 ta’ Lulju 2015, ġiet implimentata fl-Unjoni Ewropea mill‑1 ta’ Jannar 1984 bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 tat‑3 ta’ Diċembru 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (ĠU 1982, L 384, p. 1). Dan ir-regolament ġie mħassar bir-Regolament Nru 338/97 li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu jiddisponi li dan tal-aħħar għandu japplika f’konformità mal-għanijiet, mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet taċ-CITES. |
|
5 |
Skont ir-riżoluzzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet 13.7 (Rev. CoP17) fuq il-kontroll tal-kummerċ ta’ kampjuni li jikkostitwixxu oġġetti personali jew għal użu domestiku: “[…] Il-Konferenza tal-Partijiet għaċ-[CITES]
[…]
[…]” |
|
6 |
L-Anness 1 ta’ din ir-riżoluzzjoni, intitolat “Linji gwida għall-interpretazzjoni ta’ oġġetti personali jew għal użu domestiku”, jipprevedi: “[…] Definizzjoni ta’ oġġetti personali jew għal użu domestiku
[…]” |
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 338/97
|
7 |
Il-premessa 12 tar-Regolament Nru 338/97 hija redatta kif ġej: “Billi, biex ikunu assigurati kontrolli effettivi u jkunu faċilitati proċeduri doganali, uffiċċji doganali għandhom ikunu nominati, b’persunal imħarreġ li jkun responsabbli għat-twettiq tal-formalitajiet meħtieġa u tal-verifiki korrispondenti meta kampjuni jkunu introdotti [fl-Unjoni], sabiex jingħatalhom trattament jew użu approvat mid-dwana fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 30)], jew meta dawn ikunu esportati jew ri-esportati [mill-Unjoni]; billi għandu jkun hemm ukoll faċilitajiet biex jiggarantixxu li kampjuni ħajjin ikunu miżmuma kif xieraq u ndukrati[.]” |
|
8 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 338/97 jistabbilixxi: “L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jipproteġi l-ispeċi ta’ fawna u flora salvaġġi u li jiggarantixxi l-konservazzjoni tagħhom billi jirregola l-kummerċ fihom skond l-Artikoli li ġejjin. Dan ir-Regolament għandu japplika f’konformità ma’ l-għanijiet, il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni imfissra fl-Artikolu 2.” |
|
9 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jiddisponi: “Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament: […]
[…]
[…]” |
|
10 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament: “L-introduzzjoni [fl-Unjoni] ta’ kampjuni ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness B għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċju doganali tal-fruntiera fil-post ta’ l-introduzzjoni, ta’ permess ta’ importazzjoni maħruġ mill-awtorità amministrattiva ta’ l-Istat Membru destinatarju.” |
|
11 |
L-Artikolu 7 tal-istess regolament jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu, intitolat “Oġġetti personali jew domestiċi”: “B’deroga mil-Artikoli 4 u 5, id-dispożizzjonijiet li hemm fihom m’għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni mejta, partijiet u derivattivi ta’ speċi msemmija fl-Annessi A sa D li jkunu oġġetti personali jew domestiċi li jkunu qed jiddaħħlu [fl-Unjoni], jew esportati jew ri-esportati minnha, b’konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni […].” |
|
12 |
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 338/97 jippreċiża li l-miżuri neċessarji li l-Istati Membri għandhom jieħdu sabiex jissanzjonaw il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kampjuni mingħajr il-permess jew iċ-ċertifikat xieraq, “għandhomn jixirqu lin-natura u l-gravità tal-ksur u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rgward il-qbid u, fejn xieraq, il-konfiska tal-kampjuni”. |
|
13 |
Fl-Anness B ta’ dan ir-regolament, hemm “ACIPENSERIFORMES spp. (II) [Sturjuni u ħut spatula] (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)”. |
Ir-Regolament Nru 865/2006
|
14 |
Il-premessi 1, 2 u 6 tar-Regolament Nru 865/2006 jistabbilixxu:
[…]
[…]
|
|
15 |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 865/2006: “Bla ħsara għall-Artikoli 31, 38, 44b, 44i u 44p għal kull kunsinna ta’ kampjuni mibgħuta bil-baħar flimkien bħala parti minn tagħbija waħda, għandu jinħareġ jew permess ta’ importazzjoni, jew notifika ta’ importazzjoni, jew permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ esportazzjoni mill-ġdid separatament.” |
|
16 |
L-Artikolu 57 ta’ dan ir-regolament, intitolat “L-introduzzjoni u l-introduzzjoni mill-ġdid [fl-Unjoni] ta’ oġġetti personali u domestiċi”, jiddisponi: “1. Id-deroga mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għal oġġetti personali u domestiċi, kif preskritt fl-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, ma għandhiex tapplika għal kampjuni li jintużaw għal profitt kummerċjali, li jinbiegħu u jiġu ppreżentati għal finijiet kummerċjali, li jinżammu għall-bejgħ, jiġu offruti għall-bejgħ jew jiġu ttrasportati għall-bejgħ. […] 3. L-ewwel introduzzjoni [fl-Unjoni] ta’ oġġetti personali jew domestiċi, inklużi trofej tal-kaċċa, minn persuna li għandha r-residenza normali tagħha fil-Komunità u li tinvolvi kampjuni tal-ispeċi elenkati fl-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni lid-dwana ta’ permess ta’ importazzjoni, dment li jiġu ppreżentati l-oriġinal ta’ dokument ta’ (ri)-esportazzjoni u kopja tiegħu. […] 4. L-introduzzjoni mill-ġdid [fl-Unjoni] ta’ oġġetti personali u domestiċi, minn persuna li jkollha r-residenza normali tagħha fil-Komunità, inklużi trofej tal-kaċċa, li huma kampjuni tal-ispeċi elenkati fl-Annessi A jew B għar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni lid-dwana ta’ permess ta’ importazzjoni, dment li tiġi ppreżentata waħda minn dawn li ġejjin:
5. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, id-dħul jew id-dħul mill-ġdid [fl-Unjoni] ta’ l-oġġetti li ġejjin elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ permess ta’ importazzjoni jew permess ta’ esportazzjoni (mill-ġdid):
[…]” |
Id-dritt Ġermaniż
|
17 |
Bis-saħħa tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(2) tal-Bundesnaturschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tan-Natura), meta jiġi kkonstatat, waqt kontroll doganali, li annimali jew pjanti huma importati jew esportati mingħajr il-permess jew id-dokumenti l-oħra meħtieġa għal dan il-għan, l-awtorità doganali tikkonfiska l-annimali jew il-pjanti kkonċernati. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
18 |
Fix-xahar ta’ Diċembru 2015, XY daħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, mill-ajruport ta’ Düsseldorf (il-Ġermanja) u kellha fil-pussess tagħha sitt kaxxi tal-kavjar tal-isturjun ta’ 50 g kull waħda, mingħajr ma kellha permess ta’ importazzjoni msemmi fl-Artikolu 51(2) tal-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tan-Natura. |
|
19 |
Wara l-konfiska tal-imsemmija kaxxi mill-Uffiċċju Doganali Prinċipali B, XY ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja). Din laqgħet parzjalment dan ir-rikors billi ddeċidiet li, għalkemm il-bajd tal-isturjun huma riprodotti fl-Anness B tar-Regolament Nru 338/97 u li l-importazzjoni tagħhom hija, għaldaqstant, suġġetta għal permess ta’ importazzjoni, din il-konfiska kienet madankollu illegali, sa fejn l-Uffiċċju Doganali Prinċipali B kellu jħalli lil XY tnejn mis-sitt kaxxi ta’ kavjar ikkonċernati, li jikkorrispondu għal kwantità li ma taqbiżx 125 g, u li din ma kinitx intiża għal finijiet kummerċjali, peress li kellha l-intenzjoni li tagħtihom lil uliedha jew li tikkonsmahom hija stess. |
|
20 |
L-Uffiċċju Doganali Prinċipali B adixxa lill-qorti tar-rinviju b’rikors għal reviżjoni minħabba li, fil-każ li jinqabeż il-limitu ta’ 125 g msemmi fl-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006, il-kavjar tal-isturjun kollu li kien qed jiġi ttrasportat, u mhux biss il-kwantità żejda, kellu, fil-fehma tiegħu, jiġi kkonfiskat. Barra minn hekk, huwa jikkontesta l-fatt li l-kaxxi tal-kavjar tal-isturjun importati minn XY jistgħu jiġu kklassifikati bħala “oġġetti personali jew domestiċi”, fis-sens tal-punt (j) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 338/97, peress li dawn il-kaxxi kienu intiżi sabiex jingħataw lil terz. |
|
21 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006, sa fejn, minbarra l-fatt li din id-dispożizzjoni ma hijiex is-suġġett ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni uniformi fi ħdan l-Istati Membri, l-għan imfittex minn dan ir-regolament kif ukoll mir-Regolament Nru 338/97 u miċ-CITES, jiġifieri l-protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi mhedda, jimmilita favur interpretazzjoni stretta tal-imsemmija dispożizzjoni, li tipprovdi li, jekk jinqabeż il-limitu ta’ 125 g, il-kwantità kollha tal-kavjar tal-isturjun importata għandha tiġi kkonfiskata mill-awtorità doganali kompetenti. Madankollu, kemm l-assenza ta’ natura punittiva tal-istess dispożizzjoni kif ukoll il-qari, b’analoġija, tal-Artikolu 23(2) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas‑16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU 2009, L 324, p. 23), li jipprevedu rispettivament valuri u kwantitajiet sa fejn il-merkanzija li taqa’ taħt dan ir-regolament tiġi aċċettata mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, jiġġustifikaw interpretazzjoni inqas stretta, li bis-saħħa tagħha, hija biss il-kwantità żejda ta’ kavjar tal-isturjun importata li għandha tiġi kkonfiskata. |
|
22 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-possibbiltà li l-punt (j) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 338/97 jiġi interpretat bħala li jeskludi li l-kaxxi tal-kavjar tal-isturjun importati minn XY jistgħu jiġu kklassifikati bħala “oġġetti personali jew domestiċi”, minħabba li din iddikjarat li għandha l-intenzjoni li tagħtihom bħala rigal lil terz. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u mill-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006 bl-ebda mod ma jirriżulta li l-kunċett ta’ “oġġetti personali jew domestiċi” japplika biss meta l-importatur tal-kampjun inkwistjoni jużah jew jikkonsmah huwa stess u li, fil-kawża prinċipali, ebda element ma juri li XY kellha l-imsemmija kaxxi għal finijiet kummerċjali. Hija tenfasizza wkoll li jista’ jkun diffiċli, fil-prattika, għall-awtoritajiet doganali, li jivverifikaw b’mod affidabbli l-intenzjonijiet tal-importatur. Barra minn hekk, il-fatt li tiġi permessa l-importazzjoni ta’ kampjun meta dan jiġi effettivament ikkonsmat mill-importatur u li jiġi pprojbit meta dan jiġi importat minn terz ikun nieqes minn kull loġika. |
|
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq it-tieni domanda
|
24 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 338/97 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kavjar tal-isturjun, fil-mument tal-introduzzjoni tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni, jista’ jitqies bħala “oġġett personali jew domestiku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta huwa intiż li jingħata bħala rigal lil terz, u jista’ jibbenefika, għalhekk, mid-deroga, prevista f’din id-dispożizzjoni, għall-obbligu għall-importatur tiegħu li jippreżenta permess ta’ importazzjoni. |
|
25 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑2 ta’ Lulju 2020, Magistrat der Stadt Wien (ħamster komuni), C‑477/19, EU:C:2020:517, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
26 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, bis-saħħa tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 338/97, l-introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ kampjuni mejta, ta’ partijiet u ta’ derivati miksuba minn kampjuni tal-ispeċi elenkati fl-Annessi A sa D ta’ dan ir-regolament ma hijiex suġġetta għall-obbligu li jiġi ppreżentat permess ta’ importazzjoni għal dan il-għan, fil-każ ta’ oġġetti personali jew domestiċi. |
|
27 |
Skont id-definizzjoni stabbilita fil-punt (j) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 338/97, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “oġġetti personali jew domestiċi” l-kampjuni mejta, il-partijiet jew id-derivati minnhom, li jkunu l-proprjetà ta’ individwu privat u li jifformaw jew li huma intiżi li jifformaw parti mill-oġġetti u l-proprjetà mobbli tiegħu. |
|
28 |
Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat, b’mod inekwivoku, jekk l-applikabbiltà tal-kunċett ta’ “oġġetti personali jew domestiċi” teħtieġx neċessarjament użu jew konsum, mill-importatur stess, tal-imsemmija kampjuni mejta, partijiet ta’ kampjuni jew derivati minnhom. |
|
29 |
Fil-fatt, ma jistax jiġi eskluż li tali oġġetti, miżmuma jew proprjetà fuq bażi personali, jistgħu sussegwentement jiġu ttrasferiti mill-importatur mingħajr ħlas lil terz bħala rigal, minflok ma jinżammu minn dan għal użu strettament individwali. |
|
30 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest li fih jidħol ir-Regolament Nru 338/97, għandu jitfakkar li dan ir-regolament japplika, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu, b’osservanza tal-għanijiet, tal-prinċipji u tad-dispożizzjonijiet taċ-CITES, li l-Unjoni aderixxiet għalihom, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tinjora dawn l-għanijiet sa fejn it-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom huwa neċessarju għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Ottubru 2003, Nilsson, C‑154/02, EU:C:2003:590, punt 39). |
|
31 |
Issa, ir-Riżoluzzjoni 13.7 tal-Konferenza tal-Partijiet fiċ-CITES, li tippermetti li tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, imsemmija fil-punt preċedenti, tippreċiża, fil-punt 1 tagħha, li l-kunċett ta’ “oġġetti personali jew għal użu domestiku” japplika għal kampjuni li jinżammu jew li huma proprjetà fuq bażi personali, għal finijiet mhux kummerċjali, li ġew akkwistati legalment u huma ttrasportati jew inklużi fil-bagalji personali jew jagħmlu parti minn ġarr. |
|
32 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 865/2006 jipprevedi li d-deroga prevista fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 338/97 ma tapplikax għall-kampjuni użati bi skop ta’ lukru, mibjugħa, esposti għal finijiet kummerċjali, miżmuma għall-bejgħ, mibjugħa jew ittrasportati għall-bejgħ. |
|
33 |
Għalhekk, kemm mill-kliem ta’ dan l-Artikolu 57(1) kif ukoll minn dak tar-Riżoluzzjoni 13.7 tal-Konferenza tal-Partijiet fiċ-CITES jirriżulta li l-assenza ta’ għan kummerċjali tal-kampjun importat jikkostitwixxi kriterju deċiżiv għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala “oġġett personali jew domestiku”, peress li din l-interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 338/97. |
|
34 |
F’dan ir-rigward, fit-tielet lok, jeħtieġ li jitfakkar li s-sistema ta’ protezzjoni stabbilita għall-kampjuni ta’ speċi inklużi fl-Annessi A u B tar-Regolament Nru 338/97, għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni l-iktar sħiħa possibbli tal-ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi bil-kontroll tal-kummerċ tagħhom, b’osservanza tal-għanijiet, tal-prinċipji u tad-dispożizzjonijiet taċ-CITES (sentenza tal‑4 ta’ Settembru 2014, Sofia Zoo, C‑532/13, EU:C:2014:2140, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
35 |
Issa, ir-Riżoluzzjoni 13.7 tal-Konferenza tal-Partijiet fiċ-CITES tippreċiża, fil-preambolu tagħha, li l-kampjuni tal-ispeċi elenkati fl-Anness I ta’ din il-konvenzjoni, li minnhom jagħmlu parti l-isturjuni, ma għandhomx jintużaw prinċipalment għal finijiet kummerċjali fil-pajjiż ta’ importazzjoni. |
|
36 |
Għaldaqstant, kemm mill-kuntest li fih jidħol ir-Regolament Nru 338/97 kif ukoll mill-għanijiet intiżi minnu jirriżulta li kampjun mejjet, parti minn kampjuni jew derivat minnhom, bħall-kavjar tal-isturjun, ma jistax jiġi kklassifikat bħala “oġġett personali jew domestiku”, fis-sens tal-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament, meta l-importatur għandu għan kummerċjali. Għall-kuntrarju, tali kwalifika hija ammessa fejn l-imsemmi kavjar huwa miżmum jew proprjetà fuq bażi personali u għal finijiet mhux kummerċjali, u dan indipendentement mill-fatt jekk huwiex jew le intiż li jingħata bħala rigal lil terz. |
|
37 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 338/97 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kavjar tal-isturjun, fil-mument tal-introduzzjoni tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni, jista’ jitqies bħala “oġġett personali jew domestiku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta huwa intiż li jingħata bħala rigal lil terz, sakemm ebda element ma jindika għan kummerċjali, u jista’ jibbenefika, għalhekk, mid-deroga, prevista fl-imsemmija dispożizzjoni, għall-obbligu għall-importatur tiegħu li jippreżenta permess ta’ importazzjoni. |
Fuq l-ewwel domanda
|
38 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li hija biss il-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun importata li teċċedi l-limitu ta’ 125 g għal kull persuna li għandha tiġi kkonfiskata mill-awtorità doganali, minħabba li l-importatur ma huwiex fil-pussess ta’ permess maħruġ għall-finijiet tal-importazzjoni mwettqa, u mhux il-kwantità kollha introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
39 |
Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti. |
|
40 |
F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jitfakkar li, skont l-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006, l-introduzzjoni, fit-territorju doganali tal-Unjoni, ta’ kavjar tal-isturjun sal-limitu ta’ 125 g għal kull persuna ma hijiex suġġetta għall-obbligu, għall-importatur, li jippreżenta permess ta’ importazzjoni lill-awtorità doganali kompetenti. |
|
41 |
Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tippermettix, bħala tali, li jiġu ddeterminati l-konsegwenzi tal-qbiż ta’ dan il-limitu ta’ 125 g għall-iffissar tal-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun li għandhom ikunu s-suġġett ta’ konfiska mill-awtorità doganali kompetenti. |
|
42 |
Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest li fih tinsab din id-dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 338/97 jistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li l-introduzzjoni ta’ kampjuni ta’ speċi elenkati fl-Anness B hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ permess ta’ importazzjoni maħruġ minn korp ta’ ġestjoni tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. |
|
43 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006, billi jeżenta lill-importatur ta’ kavjar tal-isturjun mill-obbligu li jippreżenta permess ta’ importazzjoni meta l-limitu massimu ta’ 125 g għal kull persuna huwa osservat, jikkostitwixxi deroga mill-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 338/97 u għandu, għaldaqstant, ikun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Jannar 2013, Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑360/11, EU:C:2013:17, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
44 |
Fl-aħħar, fir-rigward tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 338/97, għandu jitfakkar li dan huwa intiż, konformement mal-Artikolu 1 tiegħu kif ukoll kif issemma fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, sabiex jiżgura l-iktar protezzjoni kompleta possibbli tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi permezz tal-kontroll tal-kummerċ tagħhom. |
|
45 |
Issa, tali protezzjoni tista’ tiġi ggarantita biss bil-kundizzjoni li d-deroga prevista fl-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006 tkun limitata biss għall-importazzjonijiet ta’ kwantitajiet żgħar ta’ kavjar tal-isturjun u, għaldaqstant, biss jekk il-konfiska mill-awtorità doganali kompetenti tkopri l-kwantità kollha ta’ kavjar tal-isturjun introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
46 |
Interpretazzjoni kuntrarja li tikkonsisti f’li jiġi ammess, fil-kuntest ta’ din id-deroga, li hija biss il-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun li teċċedi l-limitu ta’ 125 g għal kull persuna li għandha tiġi kkonfiskata mill-awtorità doganali kompetenti twassal, barra minn hekk, hekk kif enfasizza l-Gvern Ċek fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, sabiex tiġi inkoraġġita l-importazzjoni ta’ derivati minn kampjuni ta’ speċi elenkati fl-Anness B tar-Regolament Nru 338/97 mingħajr permess ta’ importazzjoni, u sabiex jiġi injorat l-għan, imsemmi fil-premessa 12 tal-imsemmi regolament kif ukoll fil-premessi 2 u 6 tar-Regolament Nru 865/2006, intiżi sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri doganali u jiżguraw kontrolli effettivi. |
|
47 |
F’dan ir-rigward, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf), iddeċidiet li żewġ kaxxi tal-kavjar tal-isturjun ta’ 50 g kull waħda, jiġifieri kwantità totali ta’ 100 g għal kull persuna, kellhom jingħataw lura lir-rikorrenti mill-Uffiċċju Doganali Prinċipali B. Madankollu, din l-evalwazzjoni, minbarra l-fatt li ċċaħħad lil XY mill-benefiċċju ta’ 25 g ta’ kavjar tal-isturjun li hija kienet awtorizzata timporta, fid-dawl tal-imsemmi limitu ta’ 125 g għal kull persuna, mingħajr ma tippreżenta permess ta’ importazzjoni għal dan il-għan, turi l-kumplessità tal-proċeduri li l-awtoritajiet doganali jistgħu jiffaċċjaw kieku biss il-kwantità żejda ta’ kavjar tal-isturjun kellha tkun suġġetta għal konfiska. |
|
48 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament Nru 865/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni teċċedi l-limitu ta’ 125 g għal kull persuna u li l-importatur ma huwiex fil-pussess ta’ permess maħruġ għall-finijiet tal-importazzjoni mwettqa, huwa l-kavjar tal-isturjun kollu importat b’dan il-mod li għandu jiġi kkonfiskat mill-awtorità doganali kompetenti. |
Fuq l-ispejjeż
|
49 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.