22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-trier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – Amoena Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-706/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 6212 u 9021 - Riċipettijiet għal wara mastektomija - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1167 - Kunċett ta’ “aċċessorji” - Interpretazzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU:C:2019:1142))

(2021/C 471/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-trier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amoena Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Dispożittiv

1)

Punt 53 tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU:C:2019:1142), fil-verżjoni tagħha bl-Ingliż, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, it-termini “minnhom” u “tagħhom” jirreferu għal proteżi tas-sider u t-terminu “huma” jirreferi għal bras wara l-mastektomija u,

fit-tieni sentenza ta’ dak il-punt, it-terminu “tagħhom” kif ukoll l-ewwel żewġ okkorrenzi tat-terminu “huma” jirreferu għal bras wara l-mastektomija filwaqt li l-aħħar okkorrenza ta' dan it-terminu “huma” tirreferi għal proteżijiet tas-sider.

2)

Fit-tieni sentenza tal-punt 53 tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU: C: 2019: 1142), il-Qorti, sabiex tiddetermina jekk il-bras wara l-mastektomija jistgħux jitqiesu bħala “aċċessorji” għal protesi tas-sider, fit-tifsira tal-Kapitolu 90 tan-Nomenklatura Magħquda, li jidhru fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016, applika biss il-kriterju ddefinit fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, li skontu għandu jkun ikkwalifikat bħala “aċċessorji”, fit-tifsira ta’ dak il-kapitlu, biċċiet ta’ tagħmir interkambjabbli li iqiegħduh f’pożizzjoni li jiżgura servizz partikolari b’relazzjoni mal-funzjoni prinċipali tiegħu.


(1)  ĠU C 110, 29.03.2021.