|
7.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022 – Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) vs Portigon AG, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-664/20 P) (1)
(Appell - Artikolu 182 tar-Regoli tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 - Awtentikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Data kunfidenzjali)
(2022/C 222/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: inizjalment minn P. A. Messina u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, Rechtsanwälte, u minn F. Louis, avocat, sussegwentement minn K. Jakub, aġent, assistit minn H.-G. Kamann u P. Gey, Rechtsanwälte, u minn F. Louis, avocat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Portigon AG (rappreżentanti: D. Bliesener, F. Geber u V. Jungkind, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Settembru 2020, Portigon vs SRB (T-420/17, mhux ippubblikata, EU:T:2020:438), hija annullata. |
|
2) |
Id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), hija annullata inkwantu din tikkonċerna lil Portigon AG. |
|
3) |
L-effetti tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), inkwantu din tikkonċerna lil Portigon AG, huma miżmuma fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ dan id-digriet, ta’ deċiżjoni ġdida tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għas-sena 2017. |
|
4) |
Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell, l-ispejjeż ta’ Portigon AG relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza. |
|
5) |
Portigon AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċedura tal-appell. |
|
6) |
Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba tar-Renju ta’ Spanja intiża sabiex jitħalla jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni. |