|
7.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-583/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Ġlieda kontra l-frodi - Obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-trasport ta’ merkanzija - Sistema elettronika ta’ kontroll tat-trasport tal-merkanzija bit-triq - Sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-kontribwenti f’riskju - Proporzjonalità)
(2022/C 64/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EuroChem Agro Hungary Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq persuna taxxabbli kklassifikata bħala “kontribwent f’riskju”, fis-sens tad-dritt nazzjonali, multa intiża li tissanzjona irregolaritajiet imwettqa f’dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ merkanzija, li l-ammont tagħha ma jista’ fl-ebda każ ikun inferjuri għal 30 % ta’ 40 % tal-valur tal-merkanzija.