|
9.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Potenza – l-Italja) – OM vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Conservatorio di Musica “E.R. Duni” di Matera
(Kawża C-571/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rinviju għal deċiżjoni preliminari li jirrigwarda l-validità ta’ dispożizzjoni tat-Trattat FUE - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 45 TFUE - Differenza fl-istatus u ta’ remunerazzjoni bejn għalliema universitarji u għalliema li jaqgħu taħt is-sistema nazzjonali ta’ taħriġ artistiku u mużikali għoli - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà manifesta)
(2021/C 320/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Potenza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OM
Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Conservatorio di Musica “E.R. Duni” di Matera
Dispożittiv
|
1) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa minn ġurisdizzjoni biex tirrispondi l-ewwel u t-tieni domandi preliminari magħmula mit-Tribunale di Potenza (il-Qorti ta’ Potenza, l-Italja). |
|
2) |
It-tielet domanda preliminari magħmula mit-Tribunale di Potenza (il-Qorti ta’ Potenza) hija manifestament inammissibbli. |