6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Crédit agricole SA (C-456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C-457/20 P), CA Consumer Finance (C-458/20 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawżi magħquda C-456/20 P sa C-458/20 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika ekonomika u monetarja - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 18(1) - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja amministrattiva għall-ksur tar-rekwiżiti prudenzjali - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Artikolu 26(3) - Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Strumenti kapitali - Ħruġ ta’ azzjonijiet ordinarji - Klassifikazzjoni bħala elementi ta’ ekwità komuni tal-grad 1 (CET 1) - Assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti - Ksur b’negliġenza)

(2021/C 357/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Crédit agricole SA (C-456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C-457/20 P), CA Consumer Finance (C-458/20 P) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appelli huma miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondati.

2.

Crédit agricole SA, Crédit agricole Corporate and Investment Bank u CA Consumer Finance huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.