19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Parma – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra ZI, TQ

(Kawża C-437/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Logħob tal-ażżard - Konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri - Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija - Regolarizzazzjoni ta’ ċentri ta’ trażmissjoni tad-data (ĊTD) li jeżerċitaw din l-attività fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija - Terminu ristrett - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2022/C 165/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

ZI, TQ

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mt-Tribunale di Parma (il-Qorti ta’ Parma, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Novembru 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data ta’ preżentata: 17.9.2020.