31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Income Tax Tribunal of Gibraltar (Ir-Renju Unit) – ir-Renju Unit) – Fossil (Gibraltar) Limited vs Commissioner of Income Tax

(Kawża C-705/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna implimentati mill-Gvern ta’ Ġibiltà dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjoni (UE) 2019/700 - Nuqqas ta’ tassazzjoni tad-dħul iġġenerat minn interessi passivi u minn royalties ta’ proprjetà intellettwali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Portata - Dispożizzjoni nazzjonali li ma kinitx is-suġġett tal-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kontenzjuża - Imputazzjoni tat-taxxa mħallsa barra mill-pajjiż għall-finijiet tal-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja)

(2022/C 418/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Income Tax Tribunal of Gibraltar (Ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fossil (Gibraltar) Limited

Konvenut: Commissioner of Income Tax

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/700 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34914 (2013/C) implimentata mir-Renju Unit rigward l-Iskema tat-Taxxa fuq l-Introjtu Korporattiv f’Ġibiltà

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

ma tipprekludix li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-irkupru, mingħand il-benefiċjarju, ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern japplikaw dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi mekkaniżmu ta’ imputazzjoni tat-taxxi mħallsa minn dan il-benefiċjarju barra mill-pajjiż fuq dawk li huwa responsabbli għall-ħlas tagħhom f’Ġibiltà, fil-każ li jkun jidher li din id-dispożizzjoni kienet tapplika fid-data tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni.


(1)  ĠU C 257, 4.7.2022.