5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Gmina Wieliszew vs Syndyk masy upadłości Spółdzielczego Banku Rzemiosła i Rolnictwa w Wołominie w upadłości likwidacyjnej

(Kawża C-698/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Fond ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Finanzjament mill-Unjoni Ewropea - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Ftehim ta’ sussidju - Fondi ttrasferiti lill-benefiċjarju f’kont ta’ bank fallut - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teskludix dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank)

(2022/C 463/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina Wieliszew

Konvenut: Syndyk masy upadłości Spółdzielczego Banku Rzemiosła i Rolnictwa w Wołominie w upadłości likwidacyjnej

fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

Il-punt 5 tal-Artikolu 2, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 57, 70 u 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 423/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, l-Artikoli 11, 54, 56 u 58 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, kif ukoll l-Artikolu 2(i), l-Artikoli 3 u 4 kif ukoll l-Artikolu 72(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tippermettix lil entità li tkun irċeviet fondi f’kuntest ta’ programmi kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, fejn dawn ikunu tħallsu f’kont miżmum minn bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, biex tikseb l-esklużjoni ta’ dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank u, min-naħa l-oħra, ma jipprovdix li ma jiġux esklużi dawk il-fondi minn din il-massa.


(1)  ĠU C 182, 10.05.2021.