|
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 – Les Mousquetaires, ITM Enterprises SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-682/20 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna spezzjoni - Rimedji ġudizzjarji kontra l-iżvolġiment tal-ispezzjoni - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 19 - Regolament (KE) Nru 773/2004 - Artikolu 3 - Reġistrazzjoni ta’ intervisti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tagħha - Bidu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni)
(2023/C 155/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Les Mousquetaires, ITM Enterprises SAS (rappreżentanti: M. Blutel, N. Jalabert-Doury u K. Mebarek, avocats)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berghe, A. Cleenewerck de Crayencour, A. Dawes u I. V. Rogalski, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-L. Meyer u M. O. Segnana, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Ottubru 2020, Les Mouosquetaires u ITM Enterprises vs Il-Kummissjoni (T-255/17, EU:T:2020:460) huwa annullat sa fejn huwa ċaħad il-kumplament tar-rikors tal-appellanti kontra d-Deċiżjoni Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1057 final, tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lil Intermarché u lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40466 – Tute 1), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1361 final tal-21 ta’ Frar 2017 li tordna lil Les Mousquetaires kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha biex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40467 – Tute 2). |
|
2) |
Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Ottubru 2020, Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni (T-255/17, EU:T:2020:460), huwa annullat sa fejn iddeċieda fuq l-ispejjeż. |
|
3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1057 final, tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lil Intermarché u lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40466 – Tute 1), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1361 final tal-21 ta’ Frar 2017 li tordna lil Les Mousquetaires kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha biex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40467 – Tute 2), huma annullati. |
|
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Les Mousquetaires SAS u minn ITM Entreprises SAS, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura tal-appell. |
|
5) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura tal-appell. |