|
11.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana u Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-635/20 P) (1)
(Appell - Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi inkarigati minn funzjonijiet ta’ investigaturi u ta’ kapijiet ta’ timijiet ta’ investigaturi - Konoxxenzi lingwistiċi - Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) - Regolament Nru 1 - Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1d(1) - Differenza fit-trattament ibbażata fuq il-lingwa - Ġustifikazzjoni - Interess tas-servizz - Ħtieġa ta’ reklutaġġ ta’ amministraturi “immedjatament operattivi” - Stħarriġ ġudizzjarju - Livell ta’ prova meħtieġ)
(2023/C 127/03)
Lingwi tal-kawża: l-Ispanjol u t-Taljan
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, T. Lilamand, D. Milanowska u M. N. Ruiz García, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u A. Gavela Llopis, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja u mir-Repubblika Taljana. |