| 24.10.2022 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea | C 408/11 | 
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – E.K. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-624/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/19/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil - Kamp ta’ applikazzjoni - Cittadin ta’ pajjiż terz li għandu dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE - Artikolu 3(2)(e) - Residenza esklużivament għal raġunijiet ta’ natura temporanja - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni)
(2022/C 408/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E.K.
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Dispożittiv
| 1) | L-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ residenza “esklużivament għal raġunijiet ta’ natura temporanja”, li hemm riferiment għalih hemmhekk, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fit-territorju tal-Istati Membri kollha. | 
| 2) | L-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ residenza “esklużivament għal raġunijiet ta’ natura temporanja”, li hemm riferiment għalih hemmhekk, ma jkoprix ir-residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 20 TFUE fit-territorju tal-Istat Membru li ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat għandu n-nazzjonalità tiegħu. |