16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-607/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 26(1)(b) - Provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas - Għoti mingħajr ħlas ta’ vawċers għal xiri lill-persunal tal-impriża tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ programm ta’ rikonoxximent u ta’ ppremjar - Tranżazzjonijiet assimilati ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas - Portata - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

(2023/C 15/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE Aircraft Engine Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 26(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu provvista ta’ servizzi li tikkonsisti, għal impriża, fl-offerta ta’ vawċers għal xiri lill-impjegati tagħha, fil-kuntest ta’ programm stabbilit minnha, intiż sabiex jippremja lill-impjegati li jistħoqqilhom l-iktar u li huma l-iktar effiċjenti.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.