19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Suzlon Wind Energy Portugal – Energia Eólica Unipessoal, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-605/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Applikazzjoni ratione temporis - Provvisti suġġetti għall-VAT - Provvisti ta’ servizzi taħt titolu oneruż - Kriterji - Relazzjoni intragrupp - Provvisti li jikkonsistu fit-tiswija jew fis-sostituzzjoni ta’ komponenti ta’ turbini eoliċi taħt garanzija u li jitwettqu rapporti ta’ nuqqas ta’ konformità - Noti ta’ debitu maħruġa mill-fornitur mingħajr ma tissemma l-VAT - Tnaqqis mill-fornitur tal-VAT imposta fuq l oġġetti u s-servizzi li ġew iffatturati lilu mis-subappaltaturi tiegħu fir-rigward tal-istess provvisti)

(2022/C 165/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Suzlon Wind Energy Portugal – Energia Eólica Unipessoal, Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu f’kuntest kuntrattwali li jidentifika fornitur ta’ servizzi, ix-xerrej ta’ dawn tal-aħħar u n-natura tal-provvisti inkwistjoni, debitament ikkontabilizzati mill-persuna taxxabbli, li għandhom titolu li jikkonferma n-natura tagħhom ta’ servizzi u li jkunu taw lok għal ħlas riċevut mill-fornitur li jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tal-imsemmija servizzi fil-forma ta’ noti ta’ debitu, jifformaw provvista ta’ servizzi mwettqa taħt titolu oneruż fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja, minn naħa, l-eventwali assenza ta’ profitt tal-persuna taxxabbli u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ garanzija rigward l-oġġetti li kienu s-suġġett tal-imsemmija provvisti.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.