|
21.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021 – P. Krücken Organic GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-586/20 P) (1)
(Appell - Dritt istituzzjonali - Rikors għad-danni - Kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Produzzjoni organika u ttikkettjar ta’ prodotti organiċi - Artikolu 33(3) - Kunċett ta’ “superviżjoni xierqa” - Regolament (KE) Nru 1235/2008 - Arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi - Organu privat ta’ kontroll irrikonoxxut għall-finijiet tal-ekwivalenza - Imputabbiltà tal-aġir ta’ dan l-organu lill-Kummissjoni Ewropea)
(2022/C 84/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: P. Krücken Organic GmbH (rappreżentant: H. Schmidt, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, B. Hofstötter u B. Eggers, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
P. Krücken Organic GmbH hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |