|
8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ascoli Piceno – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra OL
(Kawża C-517/20 , OL (Estensjoni tal-konċessjonijiet Taljani) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 56 TFUE - Logħob tal-ażżard - Konċessjonijiet għall-attività ta’ ġbir tal-imħatri - Estensjoni tal-konċessjonijiet diġà mogħtija - Regolarizzazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data li jwettqu din l-attività fl-assenza ta’ konċessjoni u ta’ liċenzja tal-pulizija - Estensjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minn din ir-regolarizzazzjoni - Terminu ristrett)
(2023/C 164/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Ascoli Piceno
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
OL
fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica presso il Tribunale di Ascoli Piceno
Dispożittiv
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu estensjoni tal-konċessjonijiet fis-settur tal-logħob tal-ażżard u tad-drittijiet li jirriżultaw mir-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ trażmissjoni tad-data li kienu diġà jeżerċitaw, f’data speċifika, attivitajiet ta’ ġbir tal-imħatri għal bookmakers barranin li ma kellhomx konċessjoni u liċenzja tal-pulizija sa fejn tali estensjoni, li tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħalma huwa l-għan li tiġi żgurata t-tkomplija tal-kontroll tal-operaturi f’dan is-settur sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi, ma hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan jew tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan tal-aħħar.