24.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – M P A vs LC D N M T
(Kawża C-501/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 sa 8 u 14 - Kunċett ta’ “residenza abitwali” - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent, eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikoli 3 u 7 - Ċittadini ta’ żewġ Stati Membri differenti, residenti fi Stat terz bħala membri tal-persunal bil-kuntratt assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan l-Istat terz - Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni - Forum necessitatis)
(2022/C 408/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M P A
Konvenut: LC D N M T
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma jistax jikkostitwixxi element determinanti l-kwalità ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt tal-Unjoni tal-konjuġi kkonċernati, assenjati f’delegazzjoni ta’ din tal-aħħar fi Stat terz u li fir-rigward tagħhom huwa allegat li għandhom status diplomatiku f’dan l-Istat terz. |
2) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali ta’ wild, ir-rabta kkostitwita min-nazzjonalità tal-omm kif ukoll mir-residenza tagħha, qabel iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, fl-Istat Membru tal-qorti adita b’talba fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma hijiex rilevanti, filwaqt li huwa insuffiċjenti l-fatt li l-ulied minuri twieldu f’dan l-Istat Membru u għandhom in-nazzjonalità tiegħu. |
3) |
Fil-każ fejn ebda qorti ta’ Stat Membru ma għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali bis-saħħa tal-Artikoli 3 sa 5 tar-Regolament Nru 2201/2003, l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konvenut fil-kawża prinċipali jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor minn dak li fih tinsab il-qorti adita jipprekludi l-applikazzjoni tal-klawżola relatata mal-ġurisdizzjoni residwa prevista f’dan l-Artikolu 7 sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti, mingħajr, madankollu, ma jimpedixxi lill-qrati tal-Istat Membru li tiegħu huwa ċittadin milli jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu tali talba skont ir-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru. Fil-każ fejn ebda qorti ta’ Stat Membru ma għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri bis-saħħa tal-Artikoli 8 sa 13 ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konvenut fil-kawża prinċipali jkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor minn dak li fih tinsab il-qorti adita ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-klawżola relatata mal-ġurisdizzjoni residwa prevista f’dan l-Artikoli 14. |
4) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|