31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

(Kawża C-488/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-iskadenza ipso iure tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela sena wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Proporzjonalità - Direttiva 2001/83/KE - Farmakoviġilanza)

(2022/C 51/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Delfarma sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Dispożittiv

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza ipso iure, mingħajr eżami ta’ eventwali riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni, ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ riferiment. Il-fatt li l-importaturi paralleli huma eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà ma huwiex element li jista’ jiġġustifika bħala tali l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.


(1)  ĠU C 19, 18.1.21.