|
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Philips Orăştie S.R.L. vs Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-487/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 179 u 183 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Modalitajiet - Kumpens jew rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa - Obbligi supplementari ta’ ħlas - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)
(2022/C 148/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Philips Orăştie S.R.L.
Konvenut: Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet proċedurali relatati ma’ azzjonijiet intiżi għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ibbażati fuq ksur tas-sistema komuni ta’ VAT, inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal-azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt intern relatat ma’ imposti u ma’ taxxi li ma humiex il-VAT.