11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – HEITEC AG vs HEITECH Promotion GmbH, RW

(Kawża C-466/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 9 - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 54, 110 u 111 - Dekadenza minħabba tolleranza - Kunċett ta’ “tolleranza” - Interruzzjoni tat-terminu ta’ dekadenza - Intimazzjoni - Data ta’ interruzzjoni tat-terminu ta’ dekadenza fil-każ ta’ preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja - Effetti tad-dekadenza - Talbiet għall-għoti ta’ danni, għal provvista ta’ informazzjoni u għal distruzzjoni ta’ prodotti)

(2022/C 266/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HEITEC AG

Konvenuti: HEITECH Promotion GmbH, RW

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, kif ukoll l-Artikoli 54, 110 u 111 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li att, bħal intimazzjoni, li permezz tiegħu l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti jew ta’ dritt preċedenti ieħor jopponi l-użu ta’ trade mark sussegwenti mingħajr madankollu ma jagħmel dak li huwa neċessarju sabiex tinkiseb soluzzjoni legalment vinkolanti ma jtemmx it-tolleranza u, konsegwentement, ma jinterrompix it-terminu ta’ dekadenza msemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet.

2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/95 kif ukoll l-Artikoli 54, 110 u 111 tar-Regolament Nru 207/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tipprekludi d-dekadenza minħabba tolleranza prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet il-preżentata ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti jew ta’ dritt preċedenti ieħor jitlob l-invalidità ta’ trade mark sussegwenti jew jopponi l-użu tagħha, meta l-att promotur, filwaqt li jkun ġie ppreżentat qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ dekadenza, minħabba nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-finijiet tan-notifika u ġie rregolarizzat biss wara dik id-data għal raġunijiet imputabbli lir-rikorrent.

3)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/95 kif ukoll l-Artikoli 54, 110 u 111 tar-Regolament Nru 207/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti jew ta’ dritt preċedenti ieħor, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jiddekadi sabiex jitlob l-invalidità ta’ trade mark sussegwenti u sabiex jitlob il-waqfien tal-użu tagħha, din id-dekadenza tipprekludih ukoll milli jifformula talbiet relatati jew konnessi, bħalma huma t-talbiet għall-għoti ta’ danni, għall-provvista ta’ informazzjoni jew għad-distruzzjoni ta’ prodotti.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.