8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-439/20 P), u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-441/20 P)

(Kawżi magħquda C-439/20 P u C-441/20 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ta’ komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi-esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE - Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Kriterju ta’ inċidenza diretta - Artikolu 277 TFUE - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku kontra l-atti li kienu l-bażi legali tal-att ikkontestat - Regolament (UE) 2016/1036 - Artikolu 8(9) - Regolament (UE) 2016/1037 - Artikolu 13(9) - Konsegwenzi tal-irtirar mill-Kummissjoni Ewropea tal-aċċettazzjoni ta’ impenn - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 - Artikolu 3 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 - Artikolu 2 - Telf tal-benefiċċju tal-eżenzjoni tad-dazji - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 - Artikolu 2 - Invalidazzjoni tal-fatturi konformi - Eżiġibbiltà tad-dazji fuq it-tranżazzjonijiet ikkonċernati kollha - Assenza ta’ retroattività)

(2023/C 164/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-439/20 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti),

Partijiet oħra fil-proċedura: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn P. Heeren, advocaat, Y. Melin u B. Vigneron, avocats, sussegwentement minn P. Heeren, advocaat, u Y. Melin, avocat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avocată)

(Kawża C-441/20 P)

Rikorent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avocată)

Partijiet oħra fil-proċedura: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn P. Heeren, advocaat, Y. Melin u B. Vigneron, avocats, sussegwentement minn P. Heeren, advocaat, u Y. Melin, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u T. Maxian Rusche, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Lulju 2020, Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni (T-110/17, EU:T:2020:315), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea minn Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd huwa miċħud.

3)

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza u fil-kuntest tal-proċeduri ta’ appell mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 378, 9.112020.