15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Østre Landsret – il-Danimarka) – B vs Udlændingenævnet

(Kawża C-379/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ standstill - Restrizzjoni ġdida - Riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri ta’ ħaddiema Torok - Kundizzjoni tal-età - Rekwiżit ta’ raġunijiet speċifiċi sabiex wieħed jibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja - Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali - Integrazzjoni b’suċċess - Proporzjonalità)

(2021/C 462/23)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenut: Udlændingenævnet

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tnaqqas minn 18 sa 15-il sena l-età limitu sabiex il-wild ta’ ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni tista’ madankollu tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.