|
19.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Bund Naturschutz in Bayern e.V. vs Landkreis Rosenheim
(Kawża C-300/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Artikolu 3(2)(a) - Atti elaborati għal ċerti setturi u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tista’ tiġi awtorizzata fil-futur - Artikolu 3(4) - Atti li jiddefinixxu kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tkun awtorizzata fil-futur - Regolament ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ adottat minn awtorità lokali)
(2022/C 165/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bund Naturschutz in Bayern e.V.
Konvenut: Landkreis Rosenheim
fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u li, għal dan il-għan, tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni mingħajr ma tipprovdi regoli suffiċjentement iddettaljati fir-rigward tal-kontenut, tat-tfassil u tal-implimentazzjoni ta’ proġetti msemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
2) |
L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u li, għal dan il-għan, tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni mingħajr ma tipprovdi regoli suffiċjentement iddettaljati fir-rigward tal-kontenut, tat-tfassil u tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |