|
23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Sanresa” UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos
(Kawża C-295/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 58 u 70 - Klassifikazzjoni tal-obbligu għall-operatur li jkollu kunsens bil-miktub mogħti minn qabel għall-vjeġġi ta’ skart transkonfinali - Kundizzjoni għat-twettiq tal-kuntratt)
(2021/C 338/10)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Sanresa” UAB
Konvenut: Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos
fil-preżenza ta’:“Toksika” UAB, “Žalvaris” UAB, “Palemono keramikos gamykla” AB, “Ekometrija” UAB
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 18(2) kif ukoll l-Artikoli 58 u 70 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart, l-obbligu għal operatur ekonomiku li jkun jixtieq jagħmel vjeġġi ta’ skart minn Stat Membru lejn Stat ieħor, li jkollu, konformement b’mod partikolari mal-punt 35 tal-Artikolu 2 u mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kkonċernati minn dawn il-vjeġġi, jikkostitwixxi kundizzjoni għat-twettiq ta’ dan il-kuntratt. |
|
2) |
L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-offerta ta’ offerent tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ma jipproduċix il-prova, fil-mument tas-sottomissjoni tal-offerta tiegħu, li huwa jissodisfa kundizzjoni għat-twettiq tal-kuntratt ikkonċernat. |