10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Ferimet SL vs Administración General del Estado

(Kawża C-281/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Artikolu 199 - Sistema ta’ reverse charge - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Kundizzjonijiet sostantivi li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis - Kwalità ta’ persuna taxxabbli tal-fornitur - Oneru tal-prova - Frodi - Prattika abbużiva - Fattura li ssemmi fornitur fittizju)

(2022/C 11/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferimet SL

Konvenut: Administración General del Estado

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandha tiġi interpretata fis-sens li għandu jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata mal-akkwist ta’ oġġetti li ġew ikkunsinnati lilha, meta din il-persuna taxxabbli, b’għarfien ta’ dak li kienet qiegħda tagħmel, tkun semmiet fornitur fittizju fuq il-fattura li hija stess ħarġet għal din it-tranżazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ reverse charge, jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali u tal-provi pprovduti mill-imsemmija persuna taxxabbli, l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi vverifikat li l-fornitur reali kellu l-kwalità ta’ persuna taxxabbli tkun nieqsa jew jekk jiġi stabbilit b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-imsemmija persuna taxxabbli wettqet frodi tal-VAT jew kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta f’tali frodi.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.