31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-271/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Skema ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 3(d) - Subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil - Kunċetti ta’ “kombustjoni” u ta’ “fjuwil” - Produzzjoni primarja tar-ram permezz ta’ tidwib flash - Talba għal allokazzjoni - Kwoti mitluba u li għadhom ma ġewx allokati fid-data ta’ skadenza ta’ perijodu ta’ skambju - Possibbiltà li dawn il-kwoti jinħarġu matul il-perijodu ta’ skambju sussegwenti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija wara din id-data)

(2022/C 51/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aurubis AG

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil” ikopri, fi ħdan installazzjoni li tipproduċi r-ram primarju u li l-attività tagħha taqa’ taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, funderija tat-tidwib flash li tikkawża l-ossidazzjoni tal-kubrit preżenti fil-materja prima użata, li tikkonsisti f’konċentrat tar-ram.

2)

Id-Deċiżjoni 2011/278 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kwoti mingħajr ħlas li l-operatur ta’ installazzjoni għandu dritt għalihom fir-rigward tat-tielet perijodu ta’ skambju (mill-2013 sal-2020) ikunu għadhom jistgħu jiġu allokati lil dan tal-aħħar wara l-31 ta’ Diċembru 2020, permezz tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija wara dik id-data.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.