|
20.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 237/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakbeweging vs Heiploeg Seafood International BV, Heitrans International BV
(Kawża C-237/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KEE - Artikoli 3 sa 5 - Trasferimenti ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Eċċezzjonijiet - Proċedura ta’ insolvenza - “pre-pack” - Sopravivenza ta’ impriża - Trasferiment ta’ (parti minn) impriża wara dikjarazzjoni ta’ falliment ippreċeduta minn pre-pack)
(2022/C 237/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Federatie Nederlandse Vakbeweging
Konvenuti: Heiploeg Seafood International BV, Heitrans International BV
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li huwa jipprevedi, skont liema l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva ma japplikawx għat-trasferiment ta’ impriża meta ċ-ċedent ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ falliment jew ta’ proċedura ta’ insolvenza analoga “li kien[et] istitwit[a] bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment”, hija ssodisfatta meta t-trasferiment tal-impriża kollha jew parti minnha huwa ppreparat, qabel il-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment intiża għall-likwidazzjoni tal-assi taċ-ċedent u li matulha l-imsemmi trasferiment jitwettaq, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ pre-pack li għandha bħala għan prinċipali li tippermetti, fi proċedura ta’ falliment, likwidazzjoni tal-impriża avvjata sabiex il-kredituri kollha jiġu ssodisfatti bl-aħjar mod u sabiex kemm jista’ jkun jinżamm l-impjieg, suġġett għall-fatt li tali proċedura ta’ pre-pack tkun irregolata minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji. |
|
2) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li huwa jipprevedi, skont liema l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva ma japplikawx għat-trasferiment ta’ impriża, ta’ negozju jew ta’ parti minn impriża jew ta’ negozju meta l-proċedura ta’ falliment jew proċedura ta’ insolvenza analoga li għaliha jkun suġġett iċ-ċedent “[hija] taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti”, hija ssodisfatta meta t-trasferiment ta’ impriża kollha jew parti minnha huwa ppreparat, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ pre-pack qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, minn “kuratur prospettiv”, imqiegħed taħt il-kontroll ta’ “imħallef superviżur prospettiv”, u li l-ftehim dwar dan it-trasferiment jiġi konkluż u eżegwit wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment intiża għal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent, suġġett għall-fatt li tali proċedura ta’ pre-pack tkun irregolata minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji. |