9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Valencia Club de Fútbol, SAD, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-211/20 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika - Self lil tliet klabbs tal-futbol tal-Komunità ta’ Valencia (Valencia CF, Hércules CF u Elche CF) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Annullament tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lil Valencia CF - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ - Komunikazzjoni dwar il-garanziji - Interpretazzjoni - Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea - Oneru tal-prova - Żnaturament)

(2023/C 7/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Valencia Club de Fútbol, SAD (rappreżentanti: G. Cabrera López, J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u D. López Rus, abogados), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. Ruiz Sánchez, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Valencia Club de Fútbol, S.A.D.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2020.