25.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgerichts Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
(Kawża C-205/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Direttiva 2014/67/UE - Artikolu 20 - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Effett dirett - Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)
(2022/C 171/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NE
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
fil-preżenza ta’: Finanzpolizei Team 91
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), sa fejn jeżiġi li s-sanzjonijiet li huwa jipprevedi jkunu proporzjonati, għandu jkollu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali kontra Stat Membru li jkun għamel traspożizzjoni inkorretta tiegħu. |
2) |
Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li ma japplikawx leġiżlazzjoni nazzjonali li parti minnha tmur kontra r-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67 biss sa fejn dan ikun neċessarju sabiex jippermetti l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet proporzjonati. |