30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – DocMorris NV vs Apothekerkammer Nordrhein

(KawżaC-190/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġetti għal preskrizzjoni medika - Direttiva 2001/83/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Reklamar ta’ spiżerija li tbigħ bil-korrispondenza intiż li ma jinfluwenzax l-għażla tal-klijent għal prodott mediċinali partikolari, iżda dik tal-ispiżerija - Lotterija promozzjonali - Moviment liberu tal-merkanzija - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Projbizzjoni li jiġu offruti, imħabbra jew mogħtija vantaġġi u rigali pubbliċitarji oħra fil-qasam tal-prodotti terapewtiċi - Modalitajiet ta’ bejgħ li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE)

(2021/C 349/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DocMorris NV

Konvenut: Apothekerkammer Nordrhein

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil spiżerija li tbigħ prodotti mediċinali bil-korrispondenza milli torganizza azzjoni pubbliċitarja fil-forma ta’ lotterija promozzjonali li tippermetti lill-parteċipanti jirbħu oġġetti ta’ kuljum minbarra prodotti mediċinali, fejn il-parteċipazzjoni f’din il-lotterija hija suġġetta għat-trażmissjoni ta’ ordni għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġett għal preskrizzjoni medika, flimkien ma’ din il-preskrizzjoni.

2)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.