30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ April 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-161/20) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-att tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) tal-5 ta’ Frar 2020 li tapprova s-sottomissjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar l-introduzzjoni tal-linji gwida dwar iċ-ċiklu tal-ħajja għall-istima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra well-to-tank ta’ karburanti sostenibbli alternattivi - Artikolu 17(1) TUE - Rappreżentanza esterna tal-Unjoni Ewropea - Trażmissjoni ta’ din is-sottomissjoni lill-IMO mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, f’isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni)

(2022/C 213/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.–F. Brakeland, S. L. Kalėda, W. Mölls u E. Georgieva, sussegwentement J.–F. Brakeland, S. L. Kalėda u E. Georgieva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Rouam, K. Michoel, T. Haas u A. Norberg, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: S. Baeyens u P. Cottin, aġenti, assistiti minn V. Van Thuyne u W. Timmermans, advocaten), ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, D. Czechová, K. Najmanová u L. Březinová, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Nymann-Lindegren, M. Jespersen, V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs u J. Möller, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: S. Chala, aġent), ir-Repubblika Franċiza (rappreżentanti: J.-L. Carré, T. Stéhelin u A.-L. Desjonquères, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, H. S. Gijzen u J. M. Hoogveld, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: O. Simonsson, J. Lundberg, C. Meyer-Seitz, A. M. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.