|
3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof- il-Ġermanja) – Ferrari SpA vs Mansory Design & Holding GmbH, WH
(Kawża C-123/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni Komunitarji - Artikolu 4, 6 u 11 - Azzjoni għal kontrafazzjoni - Disinn Komunitarju mhux irreġistrat - Dehra ta’ parti ta’ prodott - Kundizzjonijiet għal protezzjoni - Komponent ta’ prodott kumpless - Karattru individwali - Att ta’ żvelar lill-pubbliku)
(2022/C 2/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ferrari SpA
Konvenuti: Mansory Design & Holding GmbH, WH
Dispożittiv
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iżvelar lill-pubbliku ta’ immaġni ta’ prodott, bħall-pubblikazzjoni ta’ ritratti ta’ karozza, iwassal għall-iżvelar lill-pubbliku ta’ disinn fuq parti minn dan il-prodott, fis-sens tal-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament, jew fuq komponent mill-imsemmi prodott, inkwantu prodott kumpless, fis-sens tal-Artikolu 3(ċ) u tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament sakemm id-dehra ta’ din il-parti jew komponent tkun identifikabbli b’mod ċar fil-mument ta’ dan l-iżvelar.
Sabiex ikun jista’ jiġi eżaminat jekk din id-dehra tissodisfax il-kundizzjoni tal-karattru individwali msemmi fl-Artikolu 6(1) tal-istess regolament, huwa neċessarju li l-parti jew il-komponent inkwistjoni jikkostitwixxi sezzjoni viżibbli tal-prodott jew tal-prodott kumpless, iddefinita sewwa minn linji, kontorni, kuluri, forom jew nisġa partikolari.