10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – M. A. vs État belge

(Kawża C-112/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 5 - Deċiżjoni ta’ ritorn - Missier wild minuri, ċittadin tal-Unjoni Ewropea - Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ ritorn)

(2021/C 182/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. A.

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild qabel ma jadottaw deċiżjoni ta’ ritorn, flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul, anki meta d-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni ma jkunx minuri, iżda missieru.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.